Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-61 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fil-ħames staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Juno Valdez – Pockets
- Drakard – Over
- Red Electric – Vampire
- Kevin Borg – Young at Heart
- Rheez – Can’t Be Us
- Rheez – Temporary Forever
- 1905 – m’Alla
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Dopamine ta’ Lyndsay, live. F’edizzjoni riċenti ta’ Mużika21, dan l-album Dopamin ta’ Lyndsay Pace kien l-album tal-ġurnata fit-tielet parti tal-programm. Illum għażilt li t-tema tal-programm tkun propju r-recordings li saru live waqt it-tnedija ta’ dan l-album nhar l-20 ta’ Settembru li għadda, fl-Ivy House ta’ San Ġiljan, jew aħjar fis-Swieqi. Dak in-nhar Lyndsay kienet akkumpanjata mill-band tagħha. Dan l-istil t’akkumpanjament jgħiduli unplugged jew acoustic, imma fil-verità huwa sempliċiment 4 mużiċisti jdoqqu live, b’tal-anqas tnejn jew tleta minnhom ipplugjati sew bl-instrumenti elettriċi jew elettroniċi tagħhom. Insomma, hi x’inhi din żgur opportunità biex nisimgħu uħud mis-siltiet popolari tagħha f’verżjoni live mingħajr wisq xinxilli u effetti tal-produzzjoni:
- Booty Call
- Sick of Me
- That’s Love (feat Matt Blxck)
- Dopamine
> Sib il-video ta’ dan il-kunċert kollu fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Skakkomatto ta’ The i-Skandal li ħareġ fl-2006. Dan il-grupp Malti sfortunatament m’għadux jeżisti imma tal-anqas ħallielna recording tassew memorabbli b’siltiet tassew rappreżentattivi tal-ħoss li kienu joffru lis-segwaċi tagħhom ftit aktar minn 15-il sena ilu. Mis-sitt siltiet li fih, jiiena għażilt dawn:
- Como Estas?
- Għala?
- Living a Lie
- Adjectives
> Emmen jekk trid, xi siltiet minn dan l-EP Skakkomatto ta’ The i-Skandal għadhom jeżistu fuq il-MySpace, imma aktarx ma jaħdmux sew.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…