Skip to content

Mużika 21 – numru 055

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-55 edizzjoni li huwa t-tielet programm fil-ħames staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Chess Galea Angels
  • TroffaĦamraLa Cançó dels Macarrons 
  • Lisa GauciLovers
  • Myles AzzopardiSilverlinin 
  • Albert Bell’s Sacro SanctusFlight of the Witch 

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Il-Valletta Rooftop Sessions ta’ The Travellers. Ngħid id-dritt ma kontx naf li kienu saru xi Valletta Rooftop Sessions is-sena l-oħra. Xi ħaġa kważi naturali din meta f’Malta u Għawdex hemm tant bjut ċatti.  Din mhux xi ħaġa kumplessa bħal ngħidu aħna l-kunċert tal-Beatles fuq il-Bejt tal-Apple f’Baker Street, Londra, fl-1969. Il-Bejt tal-Valletta Design Cluster, jew tal-anqas parti minnu, donnu maħluq għal xi ħaġa bħal din.

Insomma, hawn huma ħames siltiet minn dawn ir-recording tal-grupp The Travellers, li tfaċċaw fuq il-YouTube matul perjodu ta’ aktar minn għaxar xhur sal-aħħar ta’ Settembru 2022.

  • Il-Biża
  • Ħdejja
  • Il-Vjaġġatur
  • Inżul u Tlajja
  • Pitturi Sbieħ

> Sibt il-mużika kollha mill-Valletta Rooftop Sessions ta’ The Travellers fuq YouTube.

Artefacts of aimless musical experimentation

PARTI 3: L-album tal-lum huwa sensiela ta’ siltiet bl-isem ta’ Artefacts of Aimless Musical Experimentation mingħand Jason Spiteri. Propjament dan la ħareġ bħala EP u wisq anqas bħala album iżda bħala sensiela ta’ siltiet imħabbra fuq Instagram b’ħolqa għall-YouTube. Mis-sitt siltiet se nisimgħu ħamsa:

  • At Night
  • Skipper
  • Purple Flowers
  • Figaro Street
  • Dry Land

Isma’ Artefacts of aimless musical experimentation ta’ Jason Spiteri kollu fuq YouTube.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Artefacts of aimless musical experimentation

Leave a comment...