Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-54 edizzjoni li huwa t-tieni programm fil-ħames staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- The Busker – Miracle
- Gaia – Unlove Me
- Lyndsay – Dopamine
- Dario Genovese + Freddie Portelli – Ma Kellekx Tort
- Different Minds – A Reason to Live
- Chris Lanzon feat. Eluera – June
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Tislima lil Short Time. Ftit tal-jiem ilu il-pajjiz tnikket bl-aħbar ta’ ħabta fil-Madliena b’karozza tal-kiri li fiha kien hemm 4 żgħażagħ. Wieħed minn dawn iż-żgħażagħ kien Ian Laferla, li fl-età ta’ 21 sena kien l-akbar wieħed fosthom. Ian sfortunatament tilef ħajtu ftit tal-jiem wara, preċiżament nhar l-Erbgħa 28 t’Ottubru. Dak in-nhar ħalliena ukoll Albert Degiorgio, magħruf bħala Bertu tal-Imperial Cafè, jew Bertu tal-YMCA, inkella Bertu tal-MaltaSajf. Għalina li konna nafuh personalment kien ukoll Don Diego.
Insellmu lil Ian Laferla billi nisimgħu l-EP tiegħu irrekordjat bl-isem ta’ Short Time. L-EP jismu Ttds u ħareġ fuq Soundcloud sentejn ilu fl-2020. Fuq Soundcloud insibu wkoll diversi recordings oħra ta’ Short Time.
- pgdi
- lwtd
- Pdod
- swsmokm
> Sibt il-mużika kollha ta’ Short Time fuq Soundcloud.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Santa Rita ta’ Bennie Blue li ħareġ fuq Spotify fid-9 ta’ Settembru 2022. Issa se joħroġuh uffiċjalment Hoppy Hare Pub fil-Mosta fejn se jdoqqu live nhar il-Ġimgħa 14 t’Ottubru. Minnu ħarġu diġa xi siltiet bħala dawk li konna nsejħulhom singles. Fosthom Clementine, li daqqejt diġà fuq Mużika 21. Illum se nisimgħu dawn is-siltiet minn dan l-EP:
- Swimming
- Selfish Socialist
- Mosta Girlfriend
- Excel Cowboy
Isma’ l-EP Santa Rita ta’ Bennie Blue kollu fuq Spotify.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…