Skip to content

Mużika 21 – numru 056

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-56 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fil-ħames staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Kersten Graham Funk Me Up
  • The TravellersSimili
  • Avenue SkyL-Imħabba Li Tlift
  • ClintessGlitter
  • RheezWaitress Freestyle

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Dwal u Forom: l-album mhux maħruġ tad-duo Poġġi. Dan l-album għadu ma ħariġx imma Poġġi daqqew l-erba’ siltiet twal li fih f’Palazzo de Lasalle, fil-Belt Valletta. Dan huwa t-tieni album tagħhom wara Tfulija, li ħareġ f’Ġunju tal-2021. F’dak l-album Nicholas Massa u Maurovic Cachia kitbu w interpretaw seba’ siltiet strumentali bbażati fuq ir-rumanż ta’ Massa nnifsu li jismu Jien l-Univers. Dwar Dwal u Forom ftit li xejn naf aktar, anke għax ma rnexxilix nattendi l-kunċert li taw fil-Belt fil-11 ta’ Settembru li għadda. Xorta waħda tajjeb nisimgħu żewġ siltiet irrekordjati live dak in-nhar:

  • Fit-Tarf
  • Perplessità

> Sib il-mużika ta’ Poġġi fuq YouTube.

Myles - Wasted Youth Facility cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Wasted Youth Facility ta’ Myles Azzopardi. Fiil-programm tal-ġimgħa l-oħra daqqejtilkom silta minnu f’verżjoni akustika.  Illum nibdew biha u mbagħad nisimgħu t-tlett siltiet l-oħra li hemm fih:

  • Silverlinin
  • Going Over
  • 27
  • Strangers

> Isma’ Wasted Youth Facility ta’ Myles fuq Spotify.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Myles - Wasted Youth Facility cover art

Leave a comment...