Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-53 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fil-ħames staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Malcolm Pisani – We Came for Love
- Bahjat – Fiya
- Karm Debattista mssp – Abba Missierna
- Joe S Grech – Sejjieħ
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: The Unconventional Office. Proġett interessanti u xi ftit differenti li joffrilna opportunità nisimgħu verżjoni ġdida ta’ diski riċenti kif ukoll materjal ieħor ġdid:
- Joon – Orqod
- Cher Camilleri – Qatt Ma Nitilfu l-Kuluri
- JC.B – Champions League
- Eddie Fresco – The Three Words They Say
- Michael Azzopardi – Forsi Nagħmlu Baby
Ara kull ma naf dwar The Unconventional Office permezz tal-YouTube.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Dopamine ta’ Lyndsay Pace li ħareġ fl-20 ta’ Settembru 2022. Minnu se nisimgħu dawn is-siltiet:
- Ride or Die
- Sick of Me
- Booty Call
- Trippin’
- Dopamine
- Tornado
Isma’ l-album Dopamine ta’ Lyndsay kollu fuq Spotify.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…