Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun bit-tnax-il programm tagħha li huwa t-38 edizzjoni.
PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar ġimgħat…
Digital Black – Army of Minds
Shedona – Falling
One11 – Qalb Friżata
Daoud Khan ft Hamez – Swagulous
Kersten Graham + JPx – Għaliex Jien?
Lord Adder – Good Guys in Bad Lands
Aldo Busuttil – Kull Fejn Tkun Int
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Cover versions Maltin mhux ovvji. Għażilt din it-tema llum għax hija xi ħaġa li verament jidher li qed taqbad. Hemm l-album sħiħ ta’ Nadine Axisa li jismu l-Ħoss tal-Għabex, imma fil-verità f’dawn ll-aħħar sentejn tlieta donnu qed nisimgħu aktar verżjonijiet ġodda ta’ diski Maltin li ħarġu fl-imgħoddi apparti Xemx, Qalu Li Raw jew L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel.
- Shirley + Lulu – Tomorrow
- Mara– X’Jimpurtani
Hemm diversi eżempi oħra imma dawn it-tnejn tfaċċaw quddiemi għall-ewwel darba propju f’dawn l-aħħar jiem.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Chapter 3 ta’ Mirage. Dan huwa album ġdid li tkellimt ftit dwaru fil-programm tal-ġimgħa l-oħra. Dan għaliex din is-sena il-Mirage qed jiċċelebraw 40 sena mill-akbar kunċert ta’ mużika rock Maltija lii kien sar fl-1982 f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Ma’ dan l-album ħarġu wkoll 3 albums oħra: tnejn li kienu ħarġu qabel fuq cassette – For Absent Frends tal-1982 u Garage Technology tal-1987 – kif ukoll Four on the Floor li kien l-album tal-ġimgħa l-oħra. Mit-tielet album tal-Mirage, Chapter 3, li ħareġ fuq Bandcamp mal-oħrajn kollha fl-14 ta’ Mejju 2022, nisimgħu:
- Ashes
- Labyrinth
- Codebreaker
- Terminal Lucidity
Tista’ tisma’ jew takkwista l-albums ta’ Mirage fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…