Skip to content

Mużika 21 – numru 036

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun bl-għaxar programm tagħha li huwa s-36 edizzjoni.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu fl-aħħar ġimgħat…

Jillian Jade – Backseat

Kym Pepe – Armier

Destiny – Fejn il-Baħar

Bahjat– I’m Here

The Myth – Without You

Different Minds – Helping Hand

Cosette – Next to You

Pyramid Suns – Cold Wind

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Ħarsa lejn il-klassifiċi tal-aqwa diski f’Malta. Dan suġġett li messejt miegħu diġa f’edizzjoni oħra ta’ Mużika 21. Hemm tipi ta’ klassifiċi differenti. Għalija, l-aktar waħda utli hija dik tal-PRS li tirrappreżenta liema diski qed jindaqqu l-aktar fuq ir-radju. Utli ukoll, għalkemm b’mod differenti, il-klassifika tal-aqwa 10 minn Bay 89.7, li effettivament hija l-għażla ta’ disk Maltin fil-playlist ta’ dak l-istazzjon, kif ukoll l-Aqwa 20 F’Malta li jagħżel u jippreżenta kull ġimgħa Alfie Fabri. Sas-sajf lii għadda din kienet tixxandar regolarment fuq Radju Malta imma għalkemm jidhirli li m’għadix toħroġ hemm (jista’ jkun għandi żball?) Alfie xorta kompla għaddej biha fuq DJ Vision.  Illum għażilt li nippreżenta 3 diski bil-Malti minn dawn it-3 klassifiċi attwali:

  • OxygynPurgatorju
  • Kyle GeorgeTgħidlix Għalfejn
  • The TravellersFejn Mar il-Kwiet?

 

Simon Sammut - Bassic Attitude cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Bassic Attitude ta’ Simon Sammut. Dan l-album ħareġ aktar minn 10 snin ilu, propju fis-26 ta’ Novembru 2011. Dan huwa wieħed minn ħafna album Maltin li wisq nibża faċli jintesew matul is-snin. L-ewwel ħaġa għax rari, biex ma ngħidx qatt, ma jindaqqsu siltiet minn album bħal dan fuq ir-radju. Fl-istess waqt, hemm ukoll il-kwistjoni ta’ distribuzzjoni u promozzjoni ta’ mużika minn Malta b’mod sistematiku.  Simon Sammut għandu website tajba ħafna bil-mużika tiegħu, imma kemm hemm nies li jafu jmorru għaliha. Issibha fuq simonsammut.com. L-album tal-lum, flimkien m’album aktar riċenti tiegħu li jismu Crossing, li ħareġ fl-2017 u huwa differenti ferm minn dan li għażilt li ndoqq siltiet minnu llum, jinstabu fuq bandcamp. Jaf nisimgħu aktar minn Simon Sammut darb’ oħra — faċilment daħal fit-tieni parti ta’ edizzjoni ta’ din is-sensiela flok fit-tielet. Illum, minn Bassic Attitude nisimgħu:

  • Bassic Attitude
  • Having You By My Side
  • Alex’s Groove

Tista’ tisma’ jew takkwista l-album Bassic Attitude ta’ Simon Sammut fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...