Skip to content

Mużika 21 – numru 031

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun tagħha bil-31 programm.

PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar jiem…

Glen Vella – Tagħna 2

Kantera feat. Hooli – Bil-Kelma t-Tajba

The Travellers – Fejn Mar il-Kwiet?

Lara & the Jukeboys – Golden

Pyramid Suns – The Fool (fuq Kewn Records mill-14 t’April 2022)

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: B’suċċess barra minn Malta. Xi jfisser għal mużiċist Malti li tagħmel suċċess barra minn Malta? Din hi t-tema għall-programm tal-lum. It-tweġiba għal din il-mistoqsija għandha diversi tweġibiet. Għal divers raġunijiet. Fil-mużika Country suċċess barra mnn Malta ifisser ikollok żewġ diski f’żewġ klassifiċi differenti fl-istess waqt:

Marty Rivers – Texas Lady (European Academy of Country Music Top 30 – No. 5)

Marty Rivers – Don’t Ever Say Goodbye (HotDisc Top 40 No. 14)

Isma’ aktar ta’ Marty Rivers fuq Spotify

Inkella huwa parteċipazzjoni f’Glastonbury, kif se tagħmel din is-sena l-kantanta ta’ dixxendenza Maltija Hetta Falzon li għad għandha 17-ill sena u se nisimgħu s-silta tagħha All It Takes.

Jew forsi hija suċċess kummerċjali bħal dak li qed jikseb bħalissa Shaun Farrugia ma’ Martin Garrix u DubVision bis-silta tagħhom Starlight.

 

Carrie Haber - Taurus EP cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa EP li ħareġ 10 snin ilu. Qed niirreferi għal Taurus ta’  Carrie Haber. Dan l-EP kien kiseb suċċess relattivament tajjeb għal din il-kantawtriċi Maltija l gawdiet ċertu popolarità taħt dan l-isem. Propja konna nafuha bħala Caroline Busuttil u aktar riċenti bħala I Am Willow, imma fl-aħħar snin bħal donna sparixxiet mix-xena mużikali. L-EP fih dawn l-4 siltiet:

  • I’d Rather Die
  • Fisherman
  • I Need A Distraction
  • The Rain Keep Coming Down (hidden track)

Tista’ tisma’ l-EP Taurus ta’ Carrie Haber fuq Spotify.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...