Skip to content

Mużika 21 – numru 028

Is-sensiela Mużika 21 tidħol fit-tielet staġun tagħha bit-tmienja u għoxrin programm.

PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar jiem…

Bloodline – Minute to Midnight

No Garden One Dragon – Ferneżija

RagħwaDagħwa – L-Ispettaklu tal-Fwar

In Memoriam – Kapitlu Tlettax feat. Dawid Szablowski & Patrick Gaffiero

Goldern Psalms – Eliza Talk

Joe Costa – Helpless

Toby Farrugia & Sam Heavens – Part of Your Love

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Min hi Dana McKeon? Din hija t-tema tat-tieni parti ta’ din l-edizzjoni tal-programm Mużika 21. Mhux se nwieġbu din il-mistoqsija b’mod enċikolopediku, imma nistaqsu din il-mistoqsija sempliċiment bl-iskop li aktar nies isiru jafu lil din l-artista Maltiija tassew straordinarja.  Nisimgħu silta mill-album debut tagħha Street Art tal-2014, oħra maħruġa ftit tax-xhur ilu, kif ukoll l-aktar silta riċenti tagħha, f’ordni bil-maqlub ta’ kif imsemmja f’din is-sentenza, jiġifieri:

  • Vertigo (Mario Bianco Remix)
  • Let Me Be Your Light
  • Street Art

Caravãna Sun - Burning Palms album cover art
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Burning Palms ta’ Caravãna Sun li ħareġ fil-31 ta’ Marzu tal-2022. Dan il-grupp Awstraljan immexxi Luke Caruana, ta’ dixxendenza Maltija, huwa wieħed minn dawk li dehru regolarment fil-poddati tiegħi ta’ Mużika Mod Ieħor. Minn dan l-album ħarġu diġà diversi siltiet li fi żminijiet oħra kienu jissejħu singles, u dawn huma fost it-tracks li se nisimgħu minn dan l-album ġdid:

  • Afterlife
  • Stella
  • Leave it Behind

Tista’ tisma’ l-album kollu Burning Palms ta’ Caravãna Sun fuq Spotify.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *