Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-772 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fit-tmien staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- The Travellers – Futur Uliedi
- Lara Zammit – Neżisti Anke fiċ-Ċpar
- Kym Pepe – Settembru
- Perseus Dream – Seventeen
- Dylan De Bono – Will I Ever Feel Again
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’sibt fl-arkivji tal-Yahoo Mail dil-ġimgħa? L-idea li ntroduċejt 4 ġimgħat ilu tkompli llum ukoll, u wisq probabbli anke fl-edizzjoni li jmiss. Inkomplu naraw x’sib fl-inbox tal-Yahoo Mail tiegħi, meta kont qed nħassar kwantità kbira ta’ emails b’attachments kbar li huma diversi tracks li rċivejt mingħand mużiċisti u kantanti li jitolbuni nikkunsidra xi ħaġa ġdida tagħhom għal waqt xi edizzjoni ta’ MMI. Dawn huma wħud mis-siltiet li sibt jien u nħassar ħafna emails qodma li m’għandix bżonn aktar. Is-siltiet mużikali qed inżommhom sintendi, flimkien m’uħud mill-aktar emails pertinenti li rċivejt matul is-snin.
- Bitterside – Left Alone
- Bridget Bone – Monkey Rule
- Checkmate – You and I
- Dusk – The Big Blue (thinking of you)
- Kultural – Irrappreżenta
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Midnight On Brunswick Street ta’ Andre Camilleri. Album ieħor ta’ Andre Camilleri. M’hemmx wisq aktar x’tgħid, jew? U dalwaqt ġej ieħor, li diġà tħabbar. Minn dan l-album li ħareġ fil-5 ta’ April 2026 illum għażilt dawn is-siltiet:
- Midnight On Brunswick Street
- Trouble On My Mind
- Bitter Sweet
- Barflies & Boozehounds
- Here’s to Hoping
> Isma’ jew niżżel l-album kollu Midnight On Brunswick Street ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 58:30 — 134.0MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More






PARTI 3: L-album tal-lum huwa Night Walk ta’ Sfera. Dan huwa t-tieni album ta’ dan il-trio Malti. Komunament nikklassifikaw din it-tip ta’ mużika bħala jazz, iżda Paul Giordimaina nsista miegħi li mhux jazz konvenzjonali u allura jitlob li jinstema’ aktar minn darba. Flimkien ma’ Giordimaina fit-trio Sfera nsibu lill-bassista Oliver Degabriele u l-batterista Ġużè Camilleri. Dan l-album ħareġ nhar is-Sibt 25 ta’ April 2026 waqt l-ewwel minn żewġ serati f’Palazzo de la Salle fil-Belt Valletta organizzati mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva (NAPA). Minnu llum għażilt dawn: