Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 780

    Mużika Mod Ieħor – 780

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-780 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fid-disa’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Eric Ace Shivers
    • Matthew James feat. Owen Leuellen – Revolution
    • Mychael Bartolo Chircop – Dancing on the Floor
    • Lisa MOSay It Clean

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Għaliex ħareġ EP waħdu Keith Anthony ftit ġimgħat biss wara l-EP ta’ Chasing Pandora? L-EP jismu Little Graces u fih biss 4 siltiet. L-istess bħall-EP ta’ Chasing Pandora li ħareġ fit-18 ta’ Ġunju 2026. L-EP ta’ Keith Anthony ħareġ ftit tal-ġranet ilu, fis-16 ta’ Lulju 2026. Aktar ma nisma’ siltiet minn dan l-EP aktar nibda nikkonkludi li Chasing Pandora huwa l-isem li jirrekordja bih Keith Anthony meta l-kanzunetti jkun miktuba ma’ Melissa Portelli, li hija l-vuċi prinċipali fid-diski ta’ Chasing Pandora. Jista’ jkun li hemm xi raġuni oħra, anke jekk għalija dawn iż-żewġ EPs setgħu faċilment kienu album sħiħ mingħand Chasing Pandora.

    • Truth in Rags
    • Kindness of Silence
    • Temptation
    • Small Things

    Cover of Paper Skin by Chasing Pandora> Isma l-EP kollu Little Graces ta’ Keith Anthony fuq Spotify.

     

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Paper Skin ta’ Chasing Pandora. La għadna m’inkludejhx waqt MMI, ħlief għas-silta Forget Me Not, bix-xieraq li l-album tal-lum ikun l-EP taċ-Chasing Pandora. Diġà għedt ħafna dwaru waqt it-tieni parti tal-edizzjoni tal-lum, inkluż li dan l-EP ħareġ fis-16 ta’ Ġunju 2026. Il-kanzunetti ta’ Chasing Pandora dejjem laqtuni bħala siltiet mużikali pjaċevoli, anke meta jkunu melodiji ta’ dieqa b’kliem ta’ qsim il-qalb. Is-siltiet kollha fih huma dawn:

    • Forget Me Not
    • Daydreamer
    • Ink and Paper
    • Disappear

    > Isma’ l-EP kollu Paper Skin ta’ Chasing Pandora fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 779

    Mużika Mod Ieħor – 779

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-779 edizzjoni li huwa t-tlieta programm fid-disa’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Busker I Like Your Style
    • Adla – Catch Feelings
    • Lyndsay ma’ Cool Mike & JagaBeat of Love
    • Megan May, Demi & Chanelle  – Misbehave
    • Mike Spiteri, Jasmine & Lisa Gauci – La Tinsinix
    • Johann Caruana Spirit & Truth (minn Standing On Your Promises)
    • Melbourne Ska OrkestraThe Brave, The Mean and the Wild One

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min huma The Cassettes? Luke Mercieca kellu xi silta jew tnejn bħala solista ftit ilu, mhux wisq. Issa tfaċċa flimkien ma’ grupp bl-isem ta’ The Cassettes. Diġà kellna ċans nisimgħu s-silta Reggie Miller Street, li għandha wkoll video abbinat magħha, mingħandhom.  Illum ħassejt li jkun xieraq nisimgħu s-siltiet l-oħra fl-EP debut tagħhom – Sergio, La Mużika – li nħareġ fis-27 ta’ Ġunju 2026:

    • Reggie Miller Street
    • Better Place
    • I Hope You Had A Son In Me
    • Sergio, La Mużika

    Cover of SPIN-OFF by Eric Ace> Isma l-EP kollu Sergio La Mużika ta’ The Cassettes fuq Spotify.

     

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Spin-Off ta’ Eric Ace. Dan l-album ta’ Eric Ace, li huwa l-isem li uża Eric Calleja mill-grupp X-Tend f’dawn l-aħħar 41 sena, huwa l-ewwel wieħed tiegħu mingħajr il-grupp. Fih ikompli fuq l-istil elettroniku li originarjament kien popolari ferm fis-snin 80 u li issa donnu reġa’ qed igawdi riżorġiment. Madankollu, dan mhux xi album ta’ nostalġija, anzi kważi nasal ngħid li huwa wieħed futuristiku, jew li tal-anqas iħares lejn il-futur b’ċertu ottimiżmu. Biżżejjed tara l-ismijiet t’uħud mid-9 kanzunetti li hemm f’dan l-album. Minn dan l-album li ħareġ fuq Spotify fl-10 ta’ Lulju 2026 peremezz tat-tikketta tad-diski 141 Records, illum għażilt dawn:

    • Intergalatic
    • Don’t Just Give It Up
    • If You Want Me To

    > Isma’ l-album kollu Spin Off  ta’ Eric Ace fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 778

    Mużika Mod Ieħor – 778

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-778 edizzjoni li huwa t-tieni programm fid-disa’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Ġiżimina Il-Baħħ
    • KayatiCruel
    • Lisa Gauci – Heart Wide Open
    • DJ Hyper SteveFirst Forever
    • Sarah Bonnici – Barry [minn Something I Had To Lose]
    • Devil’s BreathThey Were Deceived And Condemned Us Eternally

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Tislima lil Carmen Vella (1947–2026) Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2026 tħabbret il-mewt ta’ Carmen Vella, kantanta u xandara li kienet popolari ferm fis-snin 70. L-akbar suċċess tagħna huwa rreġistrat fuq it-tikketta tad-diski tar-Record Centre fl-LP tal-1975 bl-isem ta’ Merħba. Dan kien album prodott minn Mario Ascione b’rabta ma’ programmi televiżivi fejn Carmen Vella kienet tidher regolarment mal-flawtista Charles Wood u l-kitarristi Araldo Xerri u Joe Agius. L-aktar silta popolari minn dan l-album – Ta’ Gananu il-Karozzin – hija kompożizzjoni tal-Għawdxi Joe Vella u għandha kliem ta’ Albert Marshall, li dak iż-żmien kien ukoll kollega ta’ Mario Ascione f’Television Malta. Is-silta favorita tiegħi minn dan l-album hija Int Sabiħa, verżjoni t’għanja tradizzjonali rranġata minn Joe Agius, li jinstema’ jkanta ma’ Carmen fiha.  Uħud forsi jiftakru lil Carmen tkanta l-kanzunetta Bħalek Ma Hawnx ma’ ħuha Martin Vella, jew oħrajn saħansitra jiftkruha tinterpreta l-verżjoni ta’ L-Imħabba ta’ Charles Camilleri u Albert Cassola li eventwalment tkant minn Joe Cutajar u  Helen Micallef fil-Eurovision Song Contest tal-1972. Dak li aktarx huwa l-aħħar recording tagħha huwa verżjoni ta’ Bħalek Ma Hawnx irrekordjata live fuq stazzjon tat-television privat madwar 12-il sena ilu. Għalija personali Carmen Vella tibqa vuċi li tissimbolizza s-sempliċità ta’ Malta fis-snin 70, forsi nostalġikament parti minn tfuliti li għadni ngħożż, imma indubjament vuċi sabiħa u xempju tal-kant popolari Malti fl-aqwa tiegħu. Carmen Vella kellha 79 sena.

    • L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel
    • Ta’ Gananu il-Karozzin
    • Int Sabiħa
    • Bħalek Ma Hawnx

    Cover of Bla Kliem (Special Version) by Frank O'Neill> Isma l-album kollu Merħba ta’ Carmen Vella fuq YouTube.

     

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Bla Kliem ta’ Frank O’Neill. Ikompli fuq il-verżjoni l-ġdid ta’ Man of Galilee dan l-album fih verżjonijiet ġodda ta’ kanzunetti miktuba minn Frank O’Neill interpretati permezz tal-teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali. Dan l-album fih għaxar siltiet minn żminijiet differenti fil-karriera ta’ O’Neill, hawnhekk f’produzzjoni li ħa ħsiebha ħuh Kevin O’Neill. Nifhem li l-użu tal-AI jew IA fix-xena kreattiva huwa xi ftit kontroversjali, imma ngħid għalija r-riżultat finali fuq dan l-album huwa mill-aktar interessanti għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett huwa riflessjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi tal-lum fuq ir-repertorju ta’ mużika minn Malta, u fl-istess waqt huwa wkoll mod eċċellenti biex udjenzi ġodda jisimgħu l-melodiji ta’ Frank O’Neill li jaf mhux esposti biżżejjed fil-forom oriġinali tagħhom għal udjenzi differenti.  Minn dan l-album illum għażilt dawn:

    • It-Tieġ tan-Neputija
    • Għanja Mediterranja
    • The Plea
    • Imħabba f’Kemmuna

    > Isma’ l-album kollu Bla Kliem ta’ Frank O’Neill fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 777

    Mużika Mod Ieħor – 777

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-777 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fid-disa’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Chasing Pandora Forget Me Not [minn Paper Skin]
    • The CassettesReggie Miller Street [minn Sergio, La Mużika]
    • Frank O’NeillIt-Tieġ tan-Neputija [minn Bla Kliem]
    • Infinite DubWarped (Melchior Sultana Remix)
    • SaħħarL-Għatxan  [minn Miġja ta’ Moħħ Miġnun]
    • Child & Capitol KĦabbata

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: X’ħoss tagħmel iż-Żafżifa ta’ Peter Sant? Żafżifa huwa l-film il-ġdid ta’ Peter Sant li bħall-film tiegħu Of Time and the Sea li ħareġ madwar 8 snin ilu, għandu stil viżiv u meditattiv b’enfasi fuq il-pajsaġġ Malti u t-temi tal-memorja u l-aljenazzjoni. F’Żafżifa Dimitrios, li jsib ruħu aljenat f’Buġibba mibdula mill-iżvilupp u l-migrazzjoni. Hemm  jiltaqa’ ma’ Annie u l-kumplament tal-film jesplora vjaġġ ta’ tama, telf u sopravivenza. Il-mużika ta’ dan il-film hija element essenzjali li ssaħħaħ l-atmosfera emozzjonali u riflessiva tiegħu. Peter Sant ikkollabora mal-perkussjonista Ivan Hoe għas-soundtrack tal-film u hekk nistgħu ngħidu li l-mużika ta’ dan il-film hija marbuta mill-qrib mal-viżjoni artistika tiegħu. Din mhux tip ta’ mużika li timponi ruħha fuq ix-xeni tal-film. Minflok naħseb li toħloq spazju ta’ kontemplazzjoni u tesprimi s-solitudni, it-tama u t-tensjoni li naraw fil-karattri prinċipali. Fit-27 ta’ Ġunju 2026 ġiet ippubblikata fuq Bandcamp parti oħra mill-kollaborazzjoni ta’ Peter Sant ma’ Ivan Hoe taħt l-isem ta’ Collapse. F’dan l-album insibu xogħol kompletament improvviżat anke jekk xi elementi minnu jorbtu sew ma’ dak li jinstema’ fil-film Żafżifa. Minn dawn iż-żewġ ġabriet għażilt dawn is-siltiet:

    • A flame – Opening Sequence
    • Escape Monotony
    • Playful Happiness
    • Pillion

    > Isma jew niżżel is-sountrack oriġinali tal-film Żafżifa ta’ Peter Sant fuq Bandcamp.

    • SI01
    • SI07

    Cover of 128K by Beangrowers> Isma jew niżżel l-album Collapse ta’ Sant Ivan fuq Bandcamp.

     

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa 128K tal-Beangrowers. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan il-grupp Malti venerabbli wara ħafna snin.  Veru li uħud mis-siltiet li fih jorbtu mal-aħħar EP tagħhom Dystopia, li ħareġ madwar 7 snin ilu. L-isem evidentament jorbot ma’ 48K, l-ewwel album tagħhom, li kienu ħarġu 27 sena ilu.  Tgħid dan l-aħħar album tal-Beangrowers? Jew dan ritorn fix-xena issa li mhux biss huma mmaturaw sew imma anke x-xena lokali hija waħda differenti ferm minn dik li bdew fiha madwar 30 sena ilu. Minn 128K li ħareġ fl-14 ta’ Ġunju 202 6, illum għażilt dawn:

    • Dystopia
    • Burned Down
    • Soft Frills
    • Dreams of the Young

    > Isma’ jew niżżel l-album kollu 128K tal-Beangrowers fur Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.