Blog

  • Mużika 21 – numru 079

    Mużika 21 – numru 079

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-79 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Shaun Farrugia Count on You
    • Chris LanzonDark Side
    • Ugly Money –  Watch Me Crawl
    • ToNationRajt u Smajt
    • FestenRoy’s Odyssey

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Silta twila mingħand Krishna. M’hemmx wisq x’tgħid dwar is-silta twila maħruġa minn Krishna li fil-verità huwa proġett ta’ Timothy Garrett ma’ Alan Darmanin. Hemm ukoll album jismu Headless li ħareġ biss f’edizzjoni limitata ta’ ħmistax il-cassette, imma din nistgħu nsejħulha s-single minnu?

    • KrishnaDespondent

    > Sib aktar mingħand Krishna fuq Bandcamp ta’ Kewn Records.

    Viper Soup Complex - Red Fugue cover art

    PARTI 3: Biex niftħu s-seba’ staġun se nagħmlu xi ħaġa li donnu ma kellnix għalfejn nagħmlu fl-istaġun ta’ qabel dan: i.e. nisimgħu siltiet minn album li ħareġ fl-aħħar 23 sena flok fl-aħħar ġimgħat. Allura l-album ta’ din il-ġimgħa huwa Red Fugue ta’ Viper Soup Complex. Oriġinarjament ħareġ fit-22 ta’ Ottubru 2018. F’din il-band jispikkaw id-drummer Melchoir Busuttil u l-kantanta Annemarie Spiteri. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • Choking Swans
    • Taxidermy Hotel
    • Turquoise on Mars

    > Isma’ l-album Red Fugue ta’ Viper Soup Complex fuq Spotify.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

     

  • Mużika 21 – numru 078

    Mużika 21 – numru 078

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-78 edizzjoni li huwa t-tlettax-il programm fis-sitt staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Bitterside Low
    • Carlo Muscat & Tony TixierPetit Fleur
    • Joseph Calleja –  Ave Maria (ta’ Massenet)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Diski li ħarġu fl-aħħar 3 xhur. Peress li dan huwa l-aħħar programm tas-sitt staġun, illum nisimgħu uħud mill-aħjar diski li ħarġu s’issa din is-sena:Brenda_Debattista (Bee)

    • Aidan & Ira LoscoRIP
    • Aidan CohenMera
    • Sarah BonniciNever Ever
    • BeeAnke Jien
    • Jay Zinga feat. Bee –  Better Alone
    • Brad NWhat You Can’t Explain
    • Kapitlu TlettaxInt Kollox
    • MikhailLeħen fiċ-Ċpar
    • The TravellersĦdejja

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 3: Albums li ħarġu fl-aħħar 3 xhur. U l-istess kif għamilna bis-singles (jekk għadhom isejħulhom hekk!) peress li dan huwa l-aħħar programm tas-sitt staġun, nagħmlu bl-albums li ħarġu s’issa din is-sena. Fost dawk li spikkaw hemm dawn:

    • Red Electric – In Our Blood (EP)
    • Michael AzzopardiForsi Nagħmlu Baby minn Vaganza
    • KarmaġennIr-Rebbiegħa Għand Robi minn Urbanali
    • Dylan Debono – You Got Me So High minn Loose Wire
    • The Areola Treat – Into My Shadow minn Red Town Baby

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 077

    Mużika 21 – numru 077

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-77 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fis-sitt staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Braden Sultana What You Can’t Explain
    • Shaun FarrugiaVertigo
    • Freddie PortelliJitbegħdu
    • Melbourne Ska OrchestraSomething Strong
    • Dario BezzinaBirdle Road
    • Franco Tartaglia Aliss

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: The Unconventional Office – it-tieni parti. Proġett interessanti u xi ftit differenti li joffrilna opportunità nisimgħu verżjoni ġdida ta’ diski relattivament riċenti kif ukoll materjal ieħor ġdid. Wara l-ewwel parti f’Ottubru li għadda llum għandna t-tieni u, aktarx, l-aħħar parti:

    • BroduChips
    • BeeAll You Could Say
    • Claire TonnaI Can’t Give You My Love
    • FuzzhoneysWomb
    • Sam Christie2000 & Second

    Ara kull ma naf dwar The Unconventional Office permezz tal-YouTube.

    Michael Azzopardi - Vaganza album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Vaganza ta’ Michael Azzopardi. Dan ħareġ nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu 2023. Minnu diġà daqqejna xi żewġ siltiet is-sena l-oħra, imma l-album huwa mimli siltiet ġodda ukoll. Fosthom it-tlettax il-kanzunetta li hemm fih insibu dawn: :

    • Stromboli
    • Wiccha Illuminat
    • Motoċiklista
    • Xatt ix-Xorti

    > Isma’ jew niżżel l-album Vaganza ta’ Michael Azzopardi fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 076

    Mużika 21 – numru 076

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-76 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fis-sitt staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Hearts Beating in Time Manifesting Happiness
    • DrakardDust
    • Sarah BonniciNever Ever
    • The New VictoriansBe Fine
    • Toby feat. Andre PortelliBroken Hill
    • Melchior Sultana & Tazzmo Olifant The Connection

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Min hu Mark Pullicino? Inkomplu fejn ħallejtna fit-tieni parti tal-aħħar programm fejn niltaqgħu ma’ mużiċist Malti li tassew mhux magħruf. Lil Mark Pullicino iltaqt miegħu, jew aħjar m’ismu u eventwalment mal-mużika tiegħu b’kumbinazzjoni. Kif jafu bosta semmiegħa tal-programmi tiegħi, jien involut fit-tfassil tal-Wikipedija bil-Malti. Fiha hemm artiklu dwar ċertu James Martin, jew aħjar Antonio Martin, esploratur Malti li għex aktar minn mitt sena ilu u li għamel żmien sostanzjali fl-Afrika. Mark Pullicino kiteb ktieb dwaru u sibt anke intervista li kien għamillu Charles Xuereb fuq Campus FM propju meta ħareġ il-ktiet madwar sitt snin ilu. Sibt ukoll li dan Mark Pullicino huwa kompożitur u li l-mużika tiegħu tinstab faċilment fuq is-Soundcloud. Mill-kollezzjoni Dingli Tunes, li jidher li Mark Pullicino rrekordja aktar kmieni din is-sena stess, se nisimgħu:

    • Dingli Waltz
    • Isolation With You: So Far – Valletta Regatta
    • Oscar’s Tune – Paceville Polka

    > Isma’ l-mużika ta’ Mark Pullicino fuq Soundcloud.

    The Areola Treat - Red Town Baby album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Red Town Baby ta’ The Areola Treat. Dan ħareġ nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu 2023. Minnu diġà daqqejna żewġ siltiet: Into My Shadow u Tell a Lie. U għalhekk illum għażilt li ndoqq dawn l-erbgħa siltiet minnu:

    • Jailbait
    • Covered in Blood
    • Speak No Evil
    • Meet Me In Shanghai

    > Isma’ jew niżżel l-album Red Town Baby ta’ The Areola Treat fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.