Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-77 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fis-sitt staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Braden Sultana – What You Can’t Explain
- Shaun Farrugia – Vertigo
- Freddie Portelli – Jitbegħdu
- Melbourne Ska Orchestra – Something Strong
- Dario Bezzina – Birdle Road
- Franco Tartaglia – Aliss
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: The Unconventional Office – it-tieni parti. Proġett interessanti u xi ftit differenti li joffrilna opportunità nisimgħu verżjoni ġdida ta’ diski relattivament riċenti kif ukoll materjal ieħor ġdid. Wara l-ewwel parti f’Ottubru li għadda llum għandna t-tieni u, aktarx, l-aħħar parti:
- Brodu – Chips
- Bee– All You Could Say
- Claire Tonna – I Can’t Give You My Love
- Fuzzhoneys – Womb
- Sam Christie – 2000 & Second
Ara kull ma naf dwar The Unconventional Office permezz tal-YouTube.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Vaganza ta’ Michael Azzopardi. Dan ħareġ nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu 2023. Minnu diġà daqqejna xi żewġ siltiet is-sena l-oħra, imma l-album huwa mimli siltiet ġodda ukoll. Fosthom it-tlettax il-kanzunetta li hemm fih insibu dawn: :
- Stromboli
- Wiccha Illuminat
- Motoċiklista
- Xatt ix-Xorti
> Isma’ jew niżżel l-album Vaganza ta’ Michael Azzopardi fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.