Blog

  • Mużika 21 – numru 092

    Mużika 21 – numru 092

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-92 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fit-tmien staġun (anke jekk fl-introduzzjoni għedt li huwa d-disa’ staġun).

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kym PepeMill-Bidu
    • Tryst ArcaneLura
    • MylesSilverlinin
    • Martina CutajarRise Up
    • Jessika – Rain
    • Davinia Pace Lady Luxury
    • Dawn DesireOnce Upon A Time
    • 5 Years From NowGreedo Island

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Min hu Debrii? Kultant jitfaċċa dan l-isem quddiemi meta nkun qed nara x’se ndoqq f’dawn il-programmi jew anke fil-poddati tiegħi ta’ Mużika Mod Ieħor. Debrii huwa Daniel Briffa u ilu għaddej bħala DJ fix-xena tal-mużika sew lokali kif ukoll internazzjonali. M’hemmx xi ammont kbir ta’ recordings tiegħu imma ssibu aktar milli qed ninkludi f’dan il-programm mill-aħħar sentejn/tlieta permezz tal-ħolqa t’hawn taħt:

    • Nine to Five
    • Drop This
    • Wassup
    • Home (feat. Martina Buttigieg + Maria Cini)

    > Isma l-mużika ta’ Debrii fuq il-pjattaformi diġitali

    depanneur - everything will even out Cover Art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Everything Will Even Out ta’ Depanneur. Nifhem li dan huwa isem ġdid għall-biċċa l-kbira tas-semmiegħa tal-programmi tiegħi. Huwa ġdid għalija wkoll. Depannuer huwa Zack Fenech li twieled u trabba f’Malta anke jekk għax f’Malta għal xi snin u żar pajjiżna xi darbtejn oħra fl-aħħar snin. L-album ħareġ fuq Bandcamp fid-9 ta’ Ġunju 2023. Minnu se nisimgħu dawn is-siltiet

    • We Don’t Hang Out Any More
    • Crown and Tiger
    • Lucky For Now
    • Stoic Bonus

    > Isma’ jew niżżel l-album Everything Will Even Out kollu ta’ Depanneur fuq Bandcamp

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 091

    Mużika 21 – numru 091

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-91 edizzjoni li huwa t-tlettax-il programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu fl-aħħar 3 xhur. Peress li dan huwa l-aħħar programm tas-seba’ staġun, illum nisimgħu uħud mill-aħjar diski li ħarġu f’dawn l-aħħar 3 xhur:

    • ManaTapuShulama
    • Matt BlxckBlack Magic
    • Ħajbu X Sempliċiment tat-TriqAħjar Dak iż-Żmien
    • DiggerThings feat. Moira StafraceSugar Pain
    • The Areola Treat –  Deserter
    • Bruce SamutDrilly
    • Brikkuni & Cher CamilleriPorporina
    • ToNationRajt u Smajt
    • Ira LoscoLlejla (Hey Now bil-Malti)
    • Ugly MonkeyWatch Me Crawl
    • The JoyGiversĦondoq ir-Rummien
    • The TravellersJum Ġdid

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Albums li ħarġu fl-aħħar 3 xhur. U l-istess kif għamilna bis-singles (jekk għadhom isejħulhom hekk!) peress li dan huwa l-aħħar programm tas-seba’ staġun, nagħmlu bl-albums li ħarġu s’issa din is-sena. Fost dawk li spikkaw hemm dawn:

    • Aidan – This is Aidan
    • Carlo Muscat Hymns
    • Flying AlligatorsBeen There Done That (Re-issued on Spotify)
    • Hearts Beating In Time – Watch the Sky Turn Pink
    • Sowl – Night Vision + Draw Your Life

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 090

    Mużika 21 – numru 090

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-90 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Brikkuni & Cher Camilleri Porporina
    • Is-SuffarinFix-xej
    • Kurt Calleja feat. Owen LeuellenX’Għamilt B’Idejja
    • DiggerThings feat. Moira StafraceSugar Pain
    • ĠennDays and Nights
    • Stephen Galea feat. Grace DebonoSecond Victory
    • Lulu’Dawn

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: GħMUżika għall-Istudju.  F’nofs diskussjoni nazzjonali dwar jekk l-istazzjonijiet tar-radju jdoqqux biżżejjed mużika minn Malta li faqqgħet fl-istess waqt li l-istudenti kienu għaddajjin bl-eżamijiet tal-aħħar tas-sena akkademika, l-Ġħaqda tal-Malti tal-Università ħarġet playlist ta’ diski Maltin fuq Spotify. It-titlu huwa l-logħba bit-tqassira għal isem l-għaqda imma laqtitni ukoll id-deskrizzjoni tal-playlist: “kanzunetti bil-Malti li għandhom iżommuk kalm waqt dan iż-żmien ta’ studju (u forsi jġegħluk tiżfen ukoll)“. Fiha aktar minn 130 kanzuntta bil-Malti minn esponenti varji. Dawn huma uħud minnhom:

    > Isma’ l-lista sħiħa ta’ GħMUzika għall-Istudju fuq Spotify

    Andre Camilleri - Road to Ruin cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Road to Ruin ta’ Andre Camilleri. Dan l-album ħareġ fl-4 ta’ Mejju 2023 u huwa t-tielet wieħed tiegħu għal din is-sena. U ċertament mhux l-aħħar wieħed anqas għax fil-fatt diġà ħareġ ieħor.  Dwar dak nitkellmu darb’ oħra. Illum nisimgħu xi erba’ siltiet minn Road to Ruin:

    • Road to Ruin
    • Can’t Shake the Blues
    • We Could Have It All

    > Isma’ jew akkwista dan l-album Road to Ruin ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 089

    Mużika 21 – numru 089

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-89 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Gilbert Gauci Broken Me
    • Chris BirddBestie
    • The VeltsNowhere is Everywhere (minn Past Tense)
    • The BrideGarden of Delight (Marton ‘Saħħar’ Saliba u Rita Pace)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Min huma Memphis, Mac?  Riċentament waqt l-Earth Garden kien hemm diversi esponenti mużikali li jkolli ngħid li m’inix kompletament familjari magħhom. Memphis, Mac jidħlu kexxun f’din il-kategorija. Fittixt naqra biex nara min huma u sirt naf li huma 3 mużiċisti Maltin flimkien ma’ kantant u kitarrist li naħseb li huwa Ingliż.  Dan il-kantant jismu Cameron Gray u l-mużiċisti Maltin huma  l-kitarrist Andreas Micallef, il-bassist Luca Grima, u d-drummer Erin Portelli. Illum se nisimgħu siltiet mid-dehra tagħhom live waqt 2ube Xtra 2023 irrekordjat madwar xahar qabel ma dehru fl-Earth Garden, eżattament fl-4 ta’ Mejju 2023  fil-Paul McCartney Auditorium tal-Liverpool Institute for Performing Arts.

    > Ara l-kunċert tal-Memphis, Mac f’Liverpool kollu fuq YouTube

    Melchior Sultana - Bring the Soul Back cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Bring Back the Soul ta’ Melchoir Sultana. Dan l-album ħareġ fl-14 t’Mejju 2023 fuq id-ditta tad-diski Profound Sound Music. Fl-aħħar programm ta’ qabel dan daqqejt is-silta Keep Pushin li hija l-itwal waħda fih. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Bring the Soul Back
    • Analog Pad
    • The Storm

    > Isma’ jew akkwista dan l-album Bring the Soul Back ta’ Melchior Sultana fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.