Mużika 21 – numru 076

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-76 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fis-sitt staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Hearts Beating in Time Manifesting Happiness
  • DrakardDust
  • Sarah BonniciNever Ever
  • The New VictoriansBe Fine
  • Toby feat. Andre PortelliBroken Hill
  • Melchior Sultana & Tazzmo Olifant The Connection

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Min hu Mark Pullicino? Inkomplu fejn ħallejtna fit-tieni parti tal-aħħar programm fejn niltaqgħu ma’ mużiċist Malti li tassew mhux magħruf. Lil Mark Pullicino iltaqt miegħu, jew aħjar m’ismu u eventwalment mal-mużika tiegħu b’kumbinazzjoni. Kif jafu bosta semmiegħa tal-programmi tiegħi, jien involut fit-tfassil tal-Wikipedija bil-Malti. Fiha hemm artiklu dwar ċertu James Martin, jew aħjar Antonio Martin, esploratur Malti li għex aktar minn mitt sena ilu u li għamel żmien sostanzjali fl-Afrika. Mark Pullicino kiteb ktieb dwaru u sibt anke intervista li kien għamillu Charles Xuereb fuq Campus FM propju meta ħareġ il-ktiet madwar sitt snin ilu. Sibt ukoll li dan Mark Pullicino huwa kompożitur u li l-mużika tiegħu tinstab faċilment fuq is-Soundcloud. Mill-kollezzjoni Dingli Tunes, li jidher li Mark Pullicino rrekordja aktar kmieni din is-sena stess, se nisimgħu:

  • Dingli Waltz
  • Isolation With You: So Far – Valletta Regatta
  • Oscar’s Tune – Paceville Polka

> Isma’ l-mużika ta’ Mark Pullicino fuq Soundcloud.

The Areola Treat - Red Town Baby album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Red Town Baby ta’ The Areola Treat. Dan ħareġ nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu 2023. Minnu diġà daqqejna żewġ siltiet: Into My Shadow u Tell a Lie. U għalhekk illum għażilt li ndoqq dawn l-erbgħa siltiet minnu:

  • Jailbait
  • Covered in Blood
  • Speak No Evil
  • Meet Me In Shanghai

> Isma’ jew niżżel l-album Red Town Baby ta’ The Areola Treat fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Comments

Leave a comment…