Blog

  • Mużika 21 – numru 121

    Mużika 21 – numru 121

      IVVOTA: MMI 2023 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2024.


    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-121 edizzjoni li huwa t-raba’ programm fl-għaxar staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • From Sheep to Wolves Rejection
    • A LilyĦajti Kollha, Qalbi 
    • The BuskerMiracle (remix by Shmoon)
    • Miguel BonelloBetter Off Alone
    • Chasing PandoraFeel  the Rain (2008)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-uħud mill-aqwa EPs Maltin tal-2023.  Is-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2023 miftuħa sa l-aħħar ta’ Jannar. Allura tajjeb li llum nkomplu nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud min-nominazzjonijiet billi nisimgħu mill-EPs Maltin maħruġa matul is-sena li għaddiet:

    • Hearts Beating in TimeSun Doesn’t Shine (if I don’t see you)
    • Red ElectricIn Our Blood
    • Kill the ActionZero Infinity
    • The Areola TreatInto My Shadow
    • Tony ParisGuided Meditation (Melchoir Sultana Remix)
    • Simon PuloBack in 1995
    • Julie PomorskiDinja Oħra
    • Cushion feat Julie Pomorski + Analise CassarReborn

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

    Is-Suffarin - Blata cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Blata ta’ Is-Suffarin. Dan l-album kellu joħroġ is-sena l-oħra, u attwalment spiċċa bħala l-ewwel album tal-2024: ħareġ fil-11 ta’ Jannar. Kellna s-silta Nofs Mewta minnu anke fil-programm tal-ġimgħa l-oħra imma llum se nisimgħu diversi siltiet mis-sitta li fih. Is-Suffarin huwa Adolf Formosa, li fi snin oħra ta’ dan is-seklu nafuh ukoll f’diversi proġetti mużikali, bħala Hunters Palace u Treeears, fost oħrajn. Dan l-isem il-ġdid jolqotni għat-tifsira kważi doppja tal-isem suffarin, li huwa xi ħadd li jsaffar, apparti dik l-istikka ċejkna li minnha nqabbdu n-nar.

    • Għall-Frisk
    • Waslet is-Siegħa
    • Qtigħ il-Qalb
    • Oħt Rokku

    > Isma’ u niżżel l-album Blata ta’ Is-Suffarin fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 120

    Mużika 21 – numru 120

      IVVOTA: MMI 2023 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2024.


    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-120-il edizzjoni li huwa t-tielet programm fl-għaxar staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Cher Camilleri Semgħat id-Daqq (HBIT remix)
    • Edwin BalzanFirst Jam of the Year
    • Is-SuffarinNofs Mewta
    • elPalettiHaw

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-uħud mill-aqwa artisti Maltin ibbażati barra fl-2023.  Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2023, tajjeb li nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud mis-siltiet maħruġa minn Maltin ibbażati barra matul is-sena li għaddiet:

    • Chess GaleaUn-Shy
    • Ben Benassi & Emma MuscatM.I.A.
    • Andre CamilleriMy Old Friend the Blues
    • Ara Lil YoonTaste
    • Golden PsalmsPlayer’s Special
    • Peter SantWith German
    • FantasairMarie Marie
    • Melbourne Ska OrkestraSomething Strong
    • Antares FlareBonsai Jungle (SofaTalk Remix)
    • ĠennRohmeresse

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

    Charlie Newton (Tom Caruana prod) - Moving On Down cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Moving On Down ta’ Charlie Newton – produzzjoni ta’ Tom Caruana. Dan l-album ħareġ ftit ilu, eżattament fil-14 ta’ Marzu 2023. Ma kontx inkludejtu qabel illum, jew għax ħarabl inkella jew għax ma ntbaħtx li hemm il-konnessjoni ta’ Tom Caruana. Charlie Newton kantanta Ingliż bbażata Manchester, filwaqt li Tom Caruana għandu parentela Maltija, avolja hu wkoll ibbażat fl-Inglterra.  Kellna mużika ta’ Tom Caruana drabi oħra waqt dawn il-programmi imma llum se nistgħu dawn is-siltiet minn dan l-album:

    • Take A Look Around
    • Lights Out
    • All For Us
    • Moving On Down
    • 7am
    • So Many Excuses

    > Isma’ u niżżel l-album Moving On Down ta’ Charlie Newtown – produzzjoni ta’ Tom Caruana fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 119

    Mużika 21 – numru 119

    IVVOTA: MMI 2023 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2024.


    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-119-il edizzjoni li huwa t-tieni programm fl-għaxar staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Toby Opulence
    • Nate RopeBetter Now
    • Das Birthday GirlImage
    • Maria BelliaL-Aħħar Bidwi F’Wied il-Għasel

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-aqwa lyric videos tal-2023.  Is-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2023 fetħet fl-ewwel tas-sena. Tajjeb li allura nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud mill-aqwa lyric video li ħarġu matul is-sena li għaddiet:

    • AidanPupa
    • Krista Šujak Stronger
    • Jay Zinga feat. BeeBetter Alone
    • BeeAnke Jien
    • CherylisNgħożż
    • Peklektru feat. ŻizzaEjja Sibni
    • The BrideĦallkom
    • Karm Debattista msspInt Tafni
    • Daniel Cauchi u ChiaraIlsna Velenużi
    • Atomic FlameInnocence Becomes Prey
    • Kill the ActionMongol
    • The Areola TreatDeserter
    • Bangout feat. Paul Sky – Falling Star
    • OverdrawnJumpstart My Heart
    • Owen LeuellenPitstop Freestyle

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

    The Ranch - Together to get here album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Together To Get Her ta’ The Ranch. Dan l-album ħareġ ftit ilu, eżattament fil-31 ta’ Awwissu 2021. Ma kontx inkludejtu qabel illum, avolja din is-sensiela kienet diġa għaddejja meta ħareġ, tal-anqas ftit wara li ħareġ. U anke għax ili ftit ma ninkludi album relattivament qadim f’din it-tielet parti tal-programm, illum għażilt dan. Fil-verità, għażilt album li mhux ġdid fjamant propju għax s’issa għadu ma ħareġ l-ebda album fl-2024, is-sena l-ġdida li ilha biss ftit jiem li bdiet. Ma nafx dan il-grupp għadux flimkien, anke għax rajt li xi żewġ membri tiegħu qed jaħdmu flimkien fi grupp ieħor bl-isem ta’ Big Frog. Issa naraw kif jiżviluppaw l-affarijiet fil-ġimgħat u x-xhux li ġejjin. Intant, minn dan l-album nisimgħu dawn is-siltiet:

    • You Are Who You Are
    • Penguins of the Caribbean
    • May Contain Nuts

    > Isma’ u niżżel l-album Together To Get Her ta’ The Ranch fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 118

    Mużika 21 – numru 118

    IVVOTA: MMI 2023 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2024.


    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-118-il edizzjoni li huwa l-ewwel programm fl-għaxar staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kapitlu Tlettax ft. Liston Nittama Fikom
    • Das Birthday GirlImage
    • Sean BorgĊkejkna Tiegħi
    • TedjantiKulħadd Kontra

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

    Fl-ewwel parti qed infakkru wkoll lil uħud mill-personalitajiet mix-xena tal-mużika Maltija li ħallewna fl-2023:

    • Victor Aquilina (24 ta’ Jannar)
    • Colin D’Ugo (3 ta’ Frar)
    • Edwin Galea [il-pittur] (6 ta’ Frar)
    • Anthony Fenech (14 ta’ Frar)
    • John J. Pace (21 ta’ Frar)
    • George Portelli (28 ta’ Frar)
    • Emanuel Brincat (15 ta’ Marzu)
    • Emy Scicluna (17 ta’ Marzu)
    • Ronald Pisani (28 ta’ Marzu)
    • Ann Agius Ferrante (6 ta’ April)
    • Vince Farrugia [Footprints drummer] (19 ta’ April)
    • Sunny Galea (8 ta’ Mejju)
    • Paul Zammit Cutajar (16 ta’ Mejju)
    • Antoine Bonnici Soler (28 ta’ Ġunju)
    • Andrew Schembri (29 ta’ Ġunju)
    • Ray Mahoney (25 ta’ Lulju)
    • Michael Treeby (3 ta’ Awwissu)
    • Edwin Galea [il-kantant] (6 ta’ Awwissu)
    • Maryann Kissaun (8 ta’ Awwissu)
    • Philip Sciberras (1 ta’ Ottubru)
    • Ċettina Darmenia Brincat (4 ta’ Ottubru)
    • Pawlu Curmi (8 ta’ Novembru)

    > Lista sħiħa ta’ personalitajiet li mietu fl-2023 issibha permezz tal-Wikipedia

    PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-aqwa albums tal-2023.  Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2023, tajjeb li nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud mill-aqwa albums li ħarġu matul is-sena li għaddiet:

    • Aidan – This is Aidan
    • Angela Vella Zarb – Funny Face
    • Karmaġenn – Urbanali
    • Michael Azzopardi – Vaganza
    • Claire Tonna – Songs for a Transfigured Heart
    • Tryst Arcane – Sun of Other Days
    • Tony Bartolo + Paul Giordimaina – How Do You Keep the Music Playing?
    • The Areola Treat – Alabaster Hallelujah + Rabbit Hole

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

    Weeping Silence - Isles of Lore album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Isles of Lore ta’ Weeping Silence. Dan l-album ħareġ fit-24 ta’ Novembru 2023 fuq it-tikketta tad-diski Żvediża ViciSolum Records.  Issa li għaddew il-festi tal-Milied u hekk, bix-xieraq li l-ewwel album fuq Mużika 21 għall-2024 ikun dan, li inċidentalment huwa nnominat ukoll mal-lista ta’ albums oħra li ħarġu fl-2023 biex tivvotaw għalihom permezz tal-ħolqa li tidher hawn fuq. Diġà daqqejt xi żewġ siltiet oħra mnnu matul is-sena l-oħra u allura llum minnu se ndoqq biss din is-silta twila:

    • The Legend of Matteo Falzon

    > Isma’ u niżżel l-album Isles of Lore ta’ Weeping Silence fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.