Skip to content

Mużika 21 – numru 123

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-123 edizzjoni li huwa s-sitt programm fl-għaxar staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Shaun Farrugia Chemicals
  • Chess GaleaGirls Just Wanna
  • ĠennCalypso (Goya Remix)
  • ShismuWicked Games
  • OxygynCloudmaker
  • Ivan Grech + Faculty of Social Wellbeing / Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà(Let’s Get) High on Love

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Ir-riżultati tal-MMI 2023 Listeners’ Picks Poll li tħabbru fuq il-poddata ta’ Mużika Mod Ieħor nhar is-Sibt 3 ta’ Frar 2024.

Top Album: Aidan – This is Aidan

Top EP: Red Electric – In Our Blood

Top Overseas-based: Ġenn – Unum

Top Online Release: Lyndsay – Fireproof

Top Video bil-Malti: Tryst Arcane – Lura

Top Lyric Video: Krista Šujak – Stronger

Top Video [non-Maltese language]: Mikayla – One Day (For Real)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha innominati fil-poll tal-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

This is Aiden album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa This is Aidan ta’ Aidan. Għażilt dan l-album għar-raġuni sempliċi li s-semmiegħa u segwaċi tal-poddati tiegħi ta’ Mużika Mod Ieħor għadhom kemm ivvutawh bħala l-album ippreferit tagħhom għall-2023. L-album ħareġ fil-31 ta’ Marzu tas-sena l-oħra, wara kontroversja dwar Aidan u l-Malta Eurovision Song Contest.  Nemmen li b’dan l-album huwa wera lil kulħadd li huwa ferm aktar minn sempliċiment parteċipant ta’ dak il-programm tat-TV segwit minn tant miljuni madwar id-dinja. Personalment nippreferi s-siltiet bil-Malti, anke meta l-Malti mħawwad mal-Ingliż, jekk mhux lingwi oħra ukoll, imma hemm diversi siltiet fl-album li huma tipikament Aidan:

  • Naħseb Fik
  • Ritmu
  • Reġina
  • Strawberry

> Isma’ u niżżel l-album Songs from Ulan Bator fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Leave a comment...