Skip to content

Mużika 21 – numru 124

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-124 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fl-għaxar staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Kayati Happy Birthday
  • Nate RopeRight Now
  • Melchior SultanaArcade (Sole Aspect Records)
  • ĠENNA Muse (in Limbo) (Joon remix)
  • Antares FlareWe Used to Sing

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Tislima lil Sammy Murgo (1936-2024).  Dan is-sassofonista Malti magħruf sew, speċjalment fix-xena tal-mużika jazz, ħalliena ftit tal-granet ilu, propju nhar it-Tlieta 6 ta’ Frar 2024 ta’ 87 sena. Sammy Murgo kien ilu attiv fix-xena mużikali sa minn ċkunitu, fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Oriġinarjament, l-istrumenti tiegħu ma’ kienx is-saxaphone iżda l-vjolin. Madankollu ma damx ma qaleb l-istrument, partikolarment fuq suġġeriment, biex ma ngħidux l-insistenza, ta’ mużiċist Amerikan li kien jaħdem u jgħix f’Malta bejn l-1937 u l-1953; dan kien jismu Robert Juice Wilson. Il-Murgu, kif kienu jsibuh b’affezzjoni kbira l-mużiċisti kollha li kienu jdoqqu miegħu matul is-snin, kien għadu attiv sa ftit tal-ġimgħat ilu, fejn kull nhar ta’ Ġimgħa kont issibu fil-każin ta’ Vilhena taħt il-loġġoġ tal-Furjana, fejn twieled u trabba. Ftit tas-snin ilu, Dominic Galea kien ipproduċielu album bl-isem ta’ Sammy’s Swing, u minnu għandna uħud mill-aħjar recordings tiegħu u fost dawk li qed indoqq fil-programm tal-lum biex infakkru lil dan il-mużiċist maħbub tant fix-xena tal-mużika lokali.

  • Now’s the Time (Charlie Parker) – mill-album Sammy’s Swing (2016)
  • The Nearness of You (Hoagy Charmichael) – mill-album Sammy’s Swing (2016)
  • My Foolish Heart (Victor Young) – mill-kunċert f’Palazzo De La Salle (Frar 2023)

> Aqra aktar dwar Sammy Murgo fuq il-Wikipedija.

Red Electrick - Vine Lady cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Vine Lady ta’ Red Electrick. Għażilt dan l-album illum għar-raġuni li r-Red Electric huma grupp li ilu u għadu jidher fl-għażla tas-semmiegħa ta’ Mużika Mod Ieħor fl-aħħar tas-sena s’issa.  Dan l-album huwa l-ewwel wieħed tagħhom u ħareġ fl-2010. Niftakar li kont attendejt it-tnedija tiegħu fil-Melita ta’ ħdejn San Anton; u jidhirli li dak għalaq jew tal-anqas bidel l-idejn minn dak innhar ‘l hawn. Insomma, ir-Red Elecktric dak iż-żmien kienu f’formazzjoni differerenti ferm minn dik tal-lum li anke l-mod kif tispelli l-isem tal-band inbidel. Fil-fehma tiegħi, aktar ħaġa li għad fadal simili huwa aspetti mill-ħoss tal-kitarra ta’ Peter Borg, li wara kollox huwa wieħed mill-fundaturi ta’ dan il-grupp. Minn Vine Lady għażilt li ndoqq dawn is-siltiet:

  • Vine Lady
  • Who the Heck is Rek?
  • Jail Bail
  • Pick up the Phone
  • The End of It All

> Isma’ l-album Vine Lady ta’ Red Electrick kollu fuq YouTube Music.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Leave a comment...