Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant issa fuq ir-radju bis-675 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fl-ewwel staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kym Pepe – Dalgħodu
- Emma Muscat – Lacrime Moët
- Anthea Gatt – ok ok ok
- Micimago & Ryan Hili – Memories
- Owen Leuellen – Gass Freestyle
- Il-Majċa – Skarta
- Carlo Muscat & Tony Tixier – The Upside Down
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Poddata fuq ir-radju?
PARTI 3: L-album tal-lum huwa The Grief Aftermath ta’ Fade Into Obscurity. Dan l-album ħareġ fit-8 ta’ Marzu 2024 u għalkemm qrajt intervista sħiħa dwaru minn Ben Mifsud Joslin (li tista’ ssibha hawn) li nafuh riċentament mal-grupp Eyes to Argus (aktar dwarhom il-ġimgħa d-dieħla) ftit li xejn naf dwar l-artist li jippreferi jibqa anonimu u jinħeba wara l-isem Fade Into Obscurity. Jikkollabora miegħu Julinu fuq id-drums u d-disin tal-qoxra tal-album. Mill-bqija isma’ l-mużika u ddeċiedi int li trid. L-album kollu ssibu fuq Bandcamp. Diġà kellna ċans nisimgħu is-silta Let them Float minnu fil-programmi li kellna fis-sensiela ta’ qabel din. Minn dan l-album għażilt dawn is-siltiet:
- A Light in the Dark
- Scorching the Earth
- At the Edge of Infinity
> Isma’ jew niżżel l-album The Grief Aftermath ta’ Fade Into Obscurity kollu fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 58:00 — 132.9MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More







