Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 679

    Mużika Mod Ieħor – 679

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-679 edizzjoni li huwa l-ħames programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Berne You Never Get Enough
    • Shaun FarrugiaHappier
    • Tara Formosa Holding Back
    • Midnight (feat. Joe Roscoe + Kevin Paul)Same Old Story
    • Manwel T meets DubmatrixAtomic Dub
    • Cher CamilleriM’Hemm Għalfejn Ngħidu Xejn

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Tislima lil Mark Mallia (1965–2024) Ftit tal-ġimgħat ilu, preċiżamnet nhar it-Tlieta 23 ta’ Lulju 2024, tħabbret il-mewt ta’ Mark Mallia. Għalkemm huwa kien magħruf l-aktar bħala artist viżiv, uħud jafu li Mark Mallia kien ukoll kantant. U din mhux xi ħaġa li ġrat biss riċentament, kif narawh fir-ritorn tiegħu fix-xena ma’ Todomusica (David Cassar Torregiani u Toby Farrugia) b’Hate Me, imma xi ħaġa li tmur lura sal-bidu tas-snin 80. Filfatt, l-ewwel darba li ltqajt ma’ Mark Mallia kien għadu kemm spiċċa minn mal-grupp Upside Images, li kienu dehru f’diversi diskoteki madwar Malta ta’ dak iż-żmien, u kien għadu kemm ingħaqad ma’ verżjoni ġdida tal-grupp Chi-2 f’Tigne. It-tnejn li aħna, ftit wara tlaqna minn Tigne u sseħbna ma’ gruppi oħra, fil-każ tiegħu il-grupp kien jismu Man & White. Din il-band damet attiva għal numru ta’ snin fi tmiem is-snin 80 u l-bidu tas-snin 90, tant li konna stedinnhom idoqqu live waqt il-programm Mill-Garaxx li kont nippreżenta jien fuq TVM, fi tmiem is-snin 80. Iż-żewġ recordings li saru għal dak il-programm huma fost is-siltiet li qed nisimgħu llum biex insellmu lill-artist Mark Mallia li miet fl-eta ta’ 59 sena.

    • Hate Me
    • Americana
    • Moon Song
    > Ara l-video ta’ Hate Me fuq YouTube
    > Ara ż-żewġ siltiet ta’ Man & White waqt Mill-Garaxx: Americana + Moon Song

    Memphis Mac album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa id-debut ta’ Memphis Mac. Is-sena l-oħra kellna t-tieni parti ta’ wieħed mill-progrmami ta’ Mużika 21 fuq Campus 103.7 li fiha nstemgħu diversi siltiet ta’ dan il-grupp irrekordjati live f’Liverpool l-Ingilterra. Issa għandna l-album debut tagħhom li ħareġ fit-12 ta’ Lulju. Hemm ċans tajjeb li rajtuhom idoqqu live waqt xi waħda mill-edizzjonijiet tal-Earth Garden riċenti. Il-kantant ta’ Memphis Mac jismu Cameron Gray u l-mużiċisti Maltin miegħu f’din l-band huma  l-kitarrist Andreas Micallef, il-bassist Luca Grima, u d-drummer Erin Portelli. Mill-album għażilt dawn is-siltiet

    • Thin Ice
    • Huntsman
    • Johnny Boy

    > Isma’ l-album ta’ Memphis Mac kollu fuq Spotify.

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 678

    Mużika Mod Ieħor – 678

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant issa fuq ir-radju bis-678 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Rifffs Modern Society
    • KanteraVjaġġ Sabiħ
    • Andrew Zammit Rajtek
    • Emilie SchiøttFrom the Heart
    • KlinsmannSomething Real
    • Vrátit Se Zpátky feat. Eddie Fresco – PTK
    • Alien GraceCalm Before the Storm
    • Andre CamilleriLeave Me Alone (from the album Clouds)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hu Tony Pace? Personalment inħoss li din il-mistoqsija m’għandnix nistaqsuha. Xorta waħda però, ikolli ngħid li mhux biżżejjed nies jafu li Tony Pace huwa l-aktar kitarrist Malti prolifiku anzjan li għadu attiv fix-xena lokali. Ilu jdoqq il-kitarra sa minn tmiem is-snin 50, u kien fost l-ewwel kitarristi li dehru fuq is-servizz tat-television Malti fil-bidu tas-snin 60. Ftit wara kien anke għamel żmien idoqq f’nightclub Londra, fejn tħabbeb sew mal-mużika jazz. Madankollu, sal-bidu tas-snin 70 kien beda jdoqq stil ta’ kitarra klassika, u din it-teknika addattata għal melodiji folkloristiċi eventwalment saret l-istil li Tony Pace huwa l-aktar magħruf għalih sal-lum, anke jekk min jirnexxielu jarah idoqq jagħraf li mhux marbut ma’ stil wieħed biss.

    Illum qed nisimgħu siltiet mill-album tiegħu Contemporary Maltese Folk Music li oriġinarjament nafuh mis-snin 70, iżda li ġie rrekordjat mill-ġdid u maħruġ f’edizzjoni limitata fil-bidu tal-2023. Flimkien ma’ Tony Pace fuq il-kitarra f’dan l-album nisimgħu lil Bernard Catania u Alison Galea, kif ukoll iben Tony, Sandro Pace, fuq il-bass, flimkien ma’ Justin Xerri fuq il-cajón. Ħarbilna meta ħareġ dan l-album, imma llum qed nisimgħu dawn is-siltiet minnu:

    • Żernieq
    • Sette Giugnio
    • Nostalġija
    • Baħar ta’ Mrar

    Robert Farrugia - Tilwin album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Tilwin ta’ Robert Farrugia. Fl-aħħar wasal! Dan l-aktar album riċenti ta’ Robert Farrugia ħareġ  fuq it-tikketta tad-diski Olandiża Dronarivm fis-6 ta’ Marzu 2024. Minn dak in-nhar ‘l hawn, kull ġimgħa kellna  album ġdid ieħor x’ninkludu bħala l-album tal-ġurnata. Però bis-saħħa t’hekk irnexxielna nsemmu dan l-album ferm aktar drabi milli kieku daqqejt erba’ siltiet minnu f’Marzu li għadda, u litteralment barra bid-daqq. Sal-ġimgħa l-oħra stess smajna l-verżjoni merjevali ta’ Long Wait, li effettivament kienet single misluta minn dan l-album. Illum għażilt dawn is-siltiet:

    • Tilwin
    • Steps
    • Eku

    > Isma’ jew niżżel l-album Tilwin ta’ Robert Farrugia kollu fuq Bandcamp.

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 677

    Mużika Mod Ieħor – 677

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant issa fuq ir-radju bis-677 edizzjoni li huwa l-tielet programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Avenue Sky Eternità
    • The JoyGiversFir-Ramla l-Ħamra
    • The Stents Over the Moon
    • AidanHero
    • WalletkingJail On My Mind
    • Robert Farrugia + Welleda MullerLong Wait (Medieval Rework)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hu Miguel Magri? Ftit tal-ġimgħat ilu, iltqajt ma’ artiklu online dwar ix-xogħol li qed jagħmel dan il-mużiċist żgħażugħ Malti fil-Polonja mal-kumpaniji Closer Music u l-IMS. Ngħid id-dritt qatt ma kont smajt bih qabel. Anqas bl-isem li jidher li juża meta jdoqq fil-pubbliku, jiġifieri Genesis. F’dan l-artiklu kien hemm miktub ukoll li Magri dalwaqt se jirrekordja aktar f’Ibiza, il-Marokk, l-Italja u r-Rumanija. L-artiklu jinkludi ukoll ħolqa għal live set ta’ Genesis fuq bejt bil-belt Pollakka ta’ Gdansk. Mid-dehra normalment irrekordja bl-isem ta’ Mr M ukoll u allura naħseb li s-set jismu Genesis u Miguel Magri huwa Mr. M. Illum se nisimgħu silta mir-recording ta’ Gdansk f’din il-parti ta’ MMI.

     

    Eyes to Argus - Reroot cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Reroot ta’ Eyes to Argus. Id-data uffiċjali tal-ħruġ ta’ dan l-album hija d-19 ta’ Lulju 2024. Minn żmien għal żmien ikollna albums li jidhru f’din il-parti tal-programm qrib ħafna tad-data tal-ħruġ. Propjament kellna diġà dawk li nistgħu nsejħulhom żewġ singles minnu. Bloodstream Waterfall Cannonball deheret flimkien mal-ewwel avviż promozzjonali dwar l-album fis-6 ta’ Ġunju, filwaqt li Your Piece serviet l-istess għan fl-4 ta’ Lulju, ħmistax eżatt qabel id-data tal-ħruġ uffiċjali tal-album. Il-kantanti ta’ Eyes to Argus huma Samwel Mallia u Ben Mifsud Joslin, li jdoqqu l-kitarra u l-bass, rispettivament. Il-mużiċisti l-oħra huma Robert Farrugia bis-synths u l-pjanu, u Samuel Attard fuq id-drums. Minnu qed indoqq dawn waqt il-programm:

    • Procrastinator Man
    • Your Piece
    • Minute
    • More Than I Can Chew

    > Isma’ jew niżżel l-album Reroot ta’ Eyes to Argus kollu fuq Bandcamp.

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 676

    Mużika Mod Ieħor – 676

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant issa fuq ir-radju bis-676 edizzjoni li huwa l-tieni programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Franco Tartaglia ft. Analise Mifsud Gone By
    • Moira StafraceMovin’
    • Jessica Grech Better In Pink
    • Tom CaruanaPenguin Strut
    • Jillian JadeHouse of the Rising Sun
    • 13 Years LaterJohn Doe
    • Deborah CTlaqna Sal-Baħar

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Vinny Vella (1928–2024) Ftit tal-ġranet ilu, preċiżament nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ġunju 2024, tħabbret il-mewt ta’ Vinny Vella, li kien mużiċist u band leader popolari ferm fis-snin 50, 60 u 70 tas-seklu l-ieħor.  Vinny twieled il-Belt Valletta fit-28 ta’ Jannar 1928, li jfisser li meta miet kellu 96 sena. Oriġinarjament l-istrument tiegħu kien il-clarinette, imma aktar tard beda jdoqq ukoll is-saxaphone. Meta kien għadu teenager ifforma l-Vinny’s Blue Jackets u magħhom daqq f’bosta mill-aktar postijiet magħrufa għad-divertiment matul is-snin 50, bħall-Ballroom tal-Phoenicia, il-Cafè Premier, ix-Chalet f’Tas-Sliema, u diversi stabbilimenti fi Strada Stretta, fost l-oħrajn. Jingħad li Vinny u l-mużiċisti tiegħu kienu fost l-ewwel li ntroduċew ir-rock ‘n roll f’Malta, wara li ltaqgħu ma’ Bill Haley f’Londra fl-1956. Recordings minn dak iż-żmien ma nafx li jeżistu, iżda fil-librerija tal-Università ta’ Malta hemm recording ta’ Vinny Vella mix-show tiegħu fuq ir-Rediffusion fl-1968. Minn dawn ir-recordings għażilt li ndoqq dawn iż-żewġ kompożizzjonijiet oriġinali ta’ Vinny Vella:

    • L-Iskola tal-Baviera
    • Riff at the Chalet
    Hemm recording ieħor mir-Rediffusion fl-1971, u minnu dan għażilt dawn it-tliet kompożizzjonijiet oriġinali ta’ Vinny Vella:
    • Cicco’s Sauce
    • Ejja Niżfnu Żifna
    • Żifna Cha Cha

    Il-mużiċisti li jistemgħu f’dawn ir-recordings tar-Rediffusion ma’ Vinny Vella jinkludu lil Oscar Lucas, skont in-noti li hemm mar-recordings, imma mhux ċar f’liema siltiet jidher preċiżament.

    Fost ir-recording li hemm fil-kollezzjoni tal-librerija tal-Università ta’ Malta, hemm wieħed mill-1992, miġbud waqt in-Night of the Stars fid-Dolmen Hotel fil-Qawra:
    • Maltese Melody

     

    Andre Camilleri - Lost in the Wilderness album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Lost in the Wilderness ta’ Andre Camilleri. Dan huwa l-aktar album riċenti ta’ Andre Camilleri – ħareġ fis-7 ta’ Mejju 2024. Dan huwa t-tielet album ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan maħruġ din is-sena u nistennew 2 jew 3 albums oħra mingħandu fil-kumplament ta’ din is-sena. L-album kollu ssibu fuq Bandcamp, flimkien mad-diski l-oħra kollha tiegħu. Minn dan l-album għażilt dawn is-siltiet:

    • Lost in the Wilderness
    • Everything Must Pass
    • Every Empire Must Fall

    > Isma’ jew niżżel l-album Lost in the Wilderness ta’ Andre Camilleri kollu fuq Bandcamp.

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.