Blog

  • Mużika 21 – numru 138

    Mużika 21 – numru 138

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-138 edizzjoni li huwa t-tmien programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kym Pepe Mhux il-Ħin
    • Kapitlu Tlettax ft. RaquelaRita
    • Keith Zammit Mintoff Mingħajr Kliem
    • KayatiAbout You
    • Chris LanzonLilo
    • Sarah BonniciLose
    • MylesAnxiety

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Min hu New Even? Skont profil li sibt fuq Soundcloud New Even beda bħala duo bejn Ernest Ciantar u René Brincat 2015, imma issa huwa mniżżel bħala proġett ta’ René Brincat. Jingħad li hemm diversi siltiet maħruġa minn tikketti tad-diski varji matul is-snin bħal Tibetania Records, Freegrant Music records, ICONYC Noir u Massive Harmony. Hemm diversi siltiet imferxa fuq diversi siti pero jien għażilt li ndoqqilkom l-ewwel Lazy Café downtempo mix maħruġa fuq Soundcloud aktar kmieni din is-sena.

    A Lily - Saru l-Qamar album cover art> Isma aktar mingħand New Even fuq Soundcloud

     

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Saru l-Qamar ta’ A Lily. U fl-aħħar wasal ukoll. Diġà kellna xi żewġ siltiet, jekk mhux tlieta, minnu fl-aħħar ġimgħat. L-album ħareġ fil-5 t’April, f’ġimgħa li prattikament ħarġu xi 7 albums Maltin. A Lily huwa proġett uniku ta’ James Vella maħdum fuq diversi recordings b’għana u ħsejjes oħra minn emgranti Maltin fl-Awstralja, l-Kanada u r-Renju Unit, fost postijiet oħra. Għal-lum għażilt dawn:

    • Sirna l-Qamar
    • Nitolbu Għal Dawk li Lejlu
    • Erba’ Aħwa
    • Ħajti Kollha Qalbi

    > Isma’ jew niżżel l-album Saru l-Qamar ta’ A Lily fuq Bandcamp.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 137

    Mużika 21 – numru 137

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-137 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Philip Vella Omm
    • AmberGħanja lil Ġużi
    • Edward Mifsud Serquli
    • Lokko3 Regoli
    • Chess GaleaHeal Me
    • Empire of AntsMidnight Sun
    • Chasing PandoraTeatime

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Alex Alden live. Ftit tal-ġimgħat ilu tfaċċa album ġdid ta’ din il-kantawtriċi Maltija li ilha tgħix barra minn Malta għal dawn l-aħħar, bejn wieħed u ieħor, 10 snin. L-album Wild Things (a live album) ħareġ eżattament fil-11 t’April 2024. Huwa rrekordjat kollu kemm hu f’Rotterdam, l-Olanda. Fih hemm diversi siltiet li nafu diġa mir-repertorju t’Alden, kif ukoll xi kanzunetti ġodda, jew tal-anqas relattivament ġodda.  Minnu jiena għażilt dawn:

    • Wild Honey & Thyme
    • Fool
    • Not For Me To Say

    Andre Camilleri - Hell Bound album cover art> Isma jew niżżel l-album Wild Things (a live album) ta’ Alexandra Alden fuq Bandcamp

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Hell Bound ta’ Andre Camilleri. Dan mhux l-aktar materjal riċenti ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan. Fil-progrmam li jmiss indoqqilkom xi ħaġa aktar riċenti minn dan l-album li ħareġ fuq Bandcamp fit-23 ta’ Marzu li għadda. Diġà kellna s-silta Road to Hell minnu, f’edizzjoni preċidenti ta’ din is-sensiela. Għal-lum għażilt dawn:

    • Hell Bound
    • Sold My Soul (To The Devil)
    • Devil Child

    > Isma’ jew niżżel l-album Hell Bound ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 136

    Mużika 21 – numru 136

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-136 edizzjoni li huwa s-sitt programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Owen Leuellen Can’t Be Stopped
    • Denzel Jo Armani feat. DrakardInfinity
    • Simon Pulo Electrify
    • Rod & AllyTama u Kuraġġ
    • Robert FarrugiaLong Wait (mis-CD Tilwin)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Min hu Manwel T? Din mhux suppost mistoqsija stramba wisq għal min jisma’ din is-sensiela ta’ programmi regolarment.  Spiss ikollna siltiet ta’ Manwel Tabone waqt dawn il-programmi. Kien anke deher fit-tieni parti tal-programm, fit-tieni staġun, fil-25 programm biex inkunu preċiżi. Dak in-nhar daqqejtilkom erba’ siltiet ta’ dan il-mużiċist Malti li ilu attiv fix-xena alternattiva għal aktar minn 30 sena. Naturalment iffokana l-aktar fuq materjal tiegħu mis-seklu 21, b’siltiet relattivament riċent u oħrajn minn ftit tas-snin ilu. Illum għandna l-aktar żewġ siltiet riċenti tiegħu, wara Rat Race Dub li kellna fil-programm ta’ xi 4 ġimgħat ilu.

    • Peace and Love
    • Bring That Dub (fuq “Bring That Come” id-dancehall hit ta’ Wiski D.)
    • Peace and Love dub

    Niżżel jew isma aktar mużika mingħand Manwel T fuq Bandcamp

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Underground ta’ Melchior Sultana. Dan huwa mużiċist Malti li mill-ġdid huwa wieħed suppost xi ftit familjari mas-semmiegħa ta’ din is-sensiela ta’ programmi. Ili ngħidilkom li nixtieq ninkludi dan l-album il-ġdid tiegħu għal diversi ġimgħat. Filfatt ħareġ mit-13 ta’ Frar u allura, għalkemm għandi xi 4 albums oħra ġodda li għandi rrid indaħħal f’din it-taqsima fil-ġimgħat li ġejjin, illum għażilt dawn mill-album il-ġdid ta’ Melchior Sultana:

    • Underground
    • That Sound
    • Balearic

    > Isma’ jew niżżel l-album Underground ta’ Melchior Sultana fuq Bandcamp.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 135

    Mużika 21 – numru 135

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-135 edizzjoni li huwa l-ħames programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Chris Birdd Too Sexy
    • Chris LanzonAngel Litany (with Harmony)
    • Matt Blxck Reviv3
    • Kiita CUgly Duckling
    • DJ Gorg BorgRegional Road
    • Melchior Sultana  – Aware (minn Underground)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Digital reissue minn Kewn Records.  F’dan l-aħħar xahar ħarġu nurmu relattivament kbir ta’ albums. Nasal biex ngħidx li matul l-aħħar 4 ġimgħat ħarġu aktar albums milli kont qed nistenna. Fosthom hemm uħud li ħarġu biss fuq vinyl, bħal per eżempju Causatum ta’ Jes Psaila u l-Hinge Project. Erba’ minnhom diġa nkludejthom fit-tielet parti ta’ programmi preċedenti f’din is-sensiela, speċifikatament Weġgħet Żgħar ta’ TroffaĦamra, Soft and Clear ta’ Das Birthday Girl, Meta Jaqa’ l-Ħoss ta’ One11, u Gatt Groove ta’ Sfera. Oħrajn għad fadilhom naqra oħra biex jidhru fit-tielet parti tal-programm. Tal-Brodu llum. Saru l-Qamar ta’ A Lily, u Hell Bound ta’ Andre Camilleri fost dawk li għadhom ġejjin.  Allura ħassejt li l-ħruġ mill-ġdid tal-album Cut, Paste, Rave N’ Roll tal-grupp Dolls for Idols fuq il-pjattaformi diġitali minn Kewn Records kellu jidħol fit-tieni flok fit-tielet parti ta’ wieħed minn dawn il-programmi. Oriġinarjament ħareg bħala CD fl-2011, sentejn wara li kienu tfaċċaw fuq ix-xena lokali bil-membri Clint Spiteri, Erick Saliba, u Aaron Sammut. Wara nuqqas ta’ mill-anqas 8-9 snin (xi ħadd qalli 10) issa qed jirritornaw fix-xena lokali live ukoll waqt Rock the South ta’ din is-sena.  Mill-album għażilt dawn:

    • Yeah You
    • Tik Tok
    • Run
    • Rave ‘n Roll

    Niżżel jew isma Cut, Paste, Rave N’ Roll ta’ Dolls for Idols fuq Bandcamp

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Kusksu Clan ta’ Brodu. Dan l-album il-ġdid u tant mistenni ta’ dan il-grupp mill-aktar popolari fix-xena tal-mużika alternattiva f’Malta. Għal xi raġuni li għadni ma fhimt, mhux magħrufa aktar, jew kemm tassew jixirqilhom.  U dan qed ngħidu minħabba li għad hemm ftit drabi meta tisma’ diski tagħhom regolarment fuq ir-radju. Forsi din tasal li tinbidel ukoll bis-saħħa ta’ dan l-album. Ma nafx. Mal-membri regolari ta’ dan il-grupp hemm diversi mistiedna speċjali f’dan l-album, fosthom l-iŻdong tas-Sempliċiment tat-Triq, Antonio Tufigno tax-Shostakovich’s Nightmare, u Peklektru aka Patrick Galea. L-album fih ukoll is-silta Kung Fu Karate (bil-kliem ta’ Fredu Abela l-Bamboċċu) li daqqejt diġà f’din is-sensiela ta’ programmi u għandi nifhem li jkollna mqarr okkazzjoni oħra nisimgħuha. Għal-lum għażilt dawn:

    • Kusksu Clan (feat. Peklektru)
    • Veloċità tal-Qalb
    • Ħlewwa Vjolenza (feat. Antonio Tufigno)
    • Ħafna Karozzi

    > Isma’ jew niżżel l-album Kusksu Clan ta’ Brodu fuq Bandcamp.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.