Blog

  • Mużika 21 – numru 142

    Mużika 21 – numru 142

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-142 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Ħelwa Sold Cheap
    • Jas RolynLost in Love
    • Bahjat Ethereal
    • Manwel T meets Zion TrainDry Your Tears
    • Eyes to ArgusBloodstream Waterfall Cannonball
    • Andre CamilleriLost in the Wilderness

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hu Ċikku l-Poplu? Qed niskanta li ma tfaċċatx f’din is-sensiela qabel din il-mistoqsija. Ċikku l-Poplu huwa l-isem li jirrekordja bih bħala kantawtur il-kompożitur Alex Vella Gregory. Ftit tal-ġranet ilu skoprejt dawn it-tliet siltiet tiegħu irrekordjati b’mod differenti minn kull kif iltqajt mal-mużika tiegħu qabel. F’dawn l-aħħar qisu ħmistax il-sena l-esperjenza kienet dejjem waħda live, waqt xi wieħed mill-cabarets li fihom iltqajna ma’ Ċikku l-Poplu matul is-snin. Dawn huma s-siltiet għal waqt il-programm tal-lum:

    • Bum Bum
    • Prosit Ministru
    • Jekk Ma Fhimtux

    > Isma’ dawn il-kanzunetti ta’ Ċikku l-Poplu fuq YouTube

    Sean Borg - Terapija u Mħabba album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Terapija u Mħabba ta’ Sean Borg. Dan l-album ħareġ fl-4 ta’ Ġunju ridt inwassalulkom ftit jiem biss wara li ħareġ. Dan mhux għax m’għandix albums oħra li jixirqilhom ikunu l-album tal-ġurnata. Però dan l-album tassew jinħass speċjali. Inħeġġiġkom tfittxuh fuq Bandcamp u tisimgħu s-siltiet kollha li hemm fih. Diġà kellna ċans nisimgħu xi tnejn minnhom f’programmi qabel dan tal-lum, apparti kanzunetti oħra ta’ Sean Borg. Minn dan l-album għażilt dawn is-siltiet:

    • Salvataġġ
    • Kulħadd l-Istess
    • Invictus
    • Ejja Morru Xi Party
    • Karmelin

    > Isma’ jew niżżel l-album Terapija u Mħabba ta’ Sean Borg kollu fuq Bandcamp.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 141

    Mużika 21 – numru 141

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-141 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Berne Waves
    • Peach TalkPretend
    • Tom Caruana feat. Maddy End of the Story (Part 1)
    • Sean BorgKuntent Int Kuntent Kulħadd (mill-album Terapija u Mħabba)
    • AcidulantSonic Expansion

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hu Chris Goa? Normalment meta nagħmel mistoqsija bħal din hawn, normalment nindirizza d-domanda xi ftit jew wisq direttament. Illum mhux se nagħmel hekk.  Mhux għax Chris Goa huwa xi isem magħruf madwar Malta u Għawdex kollu, imma għax minflok qed nagħżel li nwassal l-aktar recording riċenti tiegħu bl-Jewel of the Nile. Hawnhekk insibuh f’kollaborazzjoni ma’ George Curmi l-Pusé li jikkontribwixxi tmien strumenti, anke jekk oriġinarjament suppost kien se jdoqq biss il-vjolin. L-istrumenti l-oħra huma l-klarinett, soprano saxophone, tenor saxophone, kitarra, duduk, theremin, u l-perkussjoni.

    > Isma’ jew niżżel Between Simplicity and Complexity ta’ Celestial Sphere minn Battibatti fuq Bandcamp

    Tribali - Alka album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Alka ta’ Tribali. Kull sena fil-bidu ta’ Ġunju drajna li jkollna l-festival tal-Earth Garden f’Ta’ Qali. Aktarx li ebda banda Maltija oħra m’hi sinonima mal-Earth Garden aktar mit-Tribali. Għalhekk jagħmel sens ħafna li dan album ħareġ propju ftit granet qabel l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Earth Garden, fis-17 ta’ Mejju 2024. Il-ġimgħa li għaddiet daqqejt is-silta Barumbara u llum minn dan l-album għażilt dawn is-siltiet:

    • Albatross
    • Kelumara
    • Mind Deeper

    > Isma’ l-album Alka ta’ Tribali kollu fuq Spotify.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 140

    Mużika 21 – numru 140

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-140 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Jake On My Mind
    • Ben MillerWaves
    • ONE11Tagħmel x’Tagħmel
    • nosnow/noalps Easy Love
    • TribaliBarumbara (mill-album Alka)
    • Fade Into Obscurity – Let Them Float (mill-album The Grief Aftermath)
    • ZabbethIblis

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Celestial Sphere fuq Battibatti. Ftit taż-żmien ilu bdejt niffoka fuq it-tikketti tad-diski Maltin. Irrid inkompli aktar dwar hekk fil-ġimgħa imma llum se nieqaf naqra biex naqsam magħkom xi ħaġa mit-tikketta Battibatti. Minn din it-tikketta tad-diski Maltija kellna diversi esponenti li wasslulna l-mużika tagħhom, primarjament fuq stil elettroniku. Owen Jay, Melchior Sultana, Brain James u oħrajna, inkluż mużiċisti barranin. U llum huwa propju wieħed minn dawn li se nisimgħu mingħandu. Celestrial Sphere huwa mużiċist Ġappuniż li qed jippreżenta album ġdid bl-isem ta’ Between Simplicity and Complexity fuq Battibatti.  Dan huwa l-24 titlu maħruġ fuq Battibatti permezz ta’ Bandcamp u minnu għażilt dawn is-siltliet:

    • I Love Sounds
    • A Strange Encounter

    > Isma’ jew niżżel Between Simplicity and Complexity ta’ Celestial Sphere minn Battibatti fuq Bandcamp

     

    Glen Montanaro - Carsten Landors - Trios Had To Happen album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Trios, Had To Happen ta’ Glen Montanaro & Carsten Landors. Dan huwa l-album l-aktar riċenti tal-kitarrist Malti Glen Montanaro li l-aħħar li rajnih kien permezz tal-album Xhud. Flimkien ma’ Montanaro u d-drummer Carsten Landors fuq dan l-album ta’ Trios insibu lis-sassofonista Uffe Markussen u l-bassista Krysztof Maciejko. L-album huwa rrekordjat fid-Danimarka fejn huwa bbażat Montanaro u ħareġ fuq il-pjattaformi diġitali u bħala CD fis-26 t’April 2024. Minnu se nisimgħu dawn is-siltiet:

    • Prolonging
    • Hope
    • Man of Gold (live)
    • Angles

    > Isma’ l-album Trios, Had To Happen ta’ Glen Montanaro & Carsten Landors kollu fuq Spotify.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 139

    Mużika 21 – numru 139

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-139 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Wayne Blame It On Me
    • Jon Guelas + Gaia CauchiWhat Are We Now?
    • Gabriel Schembri + Francesco Frendo Il-Ballata tal-Hiblu Tlieta
    • Sean BorgInvictus (mill-album Terapija u Mħabba)
    • Dean MontanaroStatic (mill-album Trios, Had To Happen)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Cosmic Dance ta’ Sound Synthesis. Minn żmien għal żmien, f’din il-parti tal-programm indoqq siltiet minn album jew EP li ma nkunx inkludejt fit-tielet parti tal-programm u li nkun naf li mhux se jirnexxielu   jidħol f’dik il-parti għal diversi ġimgħat oħra minħabba n-numru t’albums oħra li jkolli skjerati għal dik it-taqsima. Cosmic Dance ta’ Sound Synthesis huwa tal-qis, kif jgħidu, għal dan l-iskop. Minnu għażilt li ndoqq dawn is-siltiet:

    • Music Love Eternity
    • Ghost Particles
    • Cosmic Dance
    • New Sonic Spaces

    > Isma’ jew niżżel Cosmic Dance ta’ Sound Synthesis fuq Bandcamp

     

    Sammy Murgo - The Final Chapter album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa The Final Chapter ta’ Sammy Murgo. Nammetti li ma kontx qed nistennih dan l-album. Però tajjeb ngħid mill-ewwel li ħadt pjaċir ferm li tfaċċa issa, hekk kif għandna friski milli nagħtu ġieħ lil dan is-sassofonista leggendarju Malti li ħalliena aktar kmieni din is-sena. Dawn ir-recordings ta’ Sammy Murgo f’Tone Studios immexxi minn Andrew Zammit. Il-mużiċisti li nistgħu fuq dan l-album flimkien ma’ Sammy Murgo huma Paul Giordimaina fuq il-pjanu, Noel Grech bid-drums, Mario Aquilina l-Cocker fuq il-baxx, u l-kantant huwa Tony Bartolo. Minnu se nisimgħu dawn is-siltiet:

    • Dear Sam
    • Body and Soul
    • I’m in the Mood for Love
    • Loverman

    > Isma’ l-album The Final Chapter ta’ Sammy Murgo kollu fuq Spotify.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.