Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 691

    Mużika Mod Ieħor – 691

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-691 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Rifffs Oh No Dub (Manwel T remix)
    • Matt Blxck X Erba’ Ejja
    • Matthew James (feat. Michela) Under Pressure
    • El FerrThey Say!
    • Franklin Calleja Chains
    • Mike SpiteriGħidli
    • Carlo MuscatHoller (minn The Body Is Only Light)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Xi ħsejjes fih l-EP For the Love of Pizza ta’ Ferret? Kultant il-kurżità tkun xi ħaġa li nista’ ninkludiha f’taqsima oħra kieku mhux għax tkun anomala, b’xi mod jew ieħor, fl-andament ta’ dak li nkun qed nagħmel jien. Hekk għażilt li nikklassifika l-EP tal-grupp Malti Ferret li jismu For the Love of Pizza. Naħseb ir-raġuni għal dan kien għax id-diriġenti ta’ Kewn Records, it-tikketta tad-diski li qed toħroġ dan l-EP, għażlet li toffi anteprima For the Love of Pizza b’mod li mhux spiss isir minn kull ħaddieħor li joħroġ xi EP jew album f’Malta. Allura, din tant hi xi ħaġa li napprezza jien, anke peress li dawn il-poddati nirrekordjhom diversi ġranet, u ġieli anke ġimgħat, qabel jixxandru fuq ir-radju li nkun nista’ ninkludi materjal ġdid eżatt kif ikun ħareġ għall-pubbliku. U filfatt l-EP tal-Ferret joħroġ uffiċjalment għall-pubbliku l-għada li dan il-programm jixxandar fuq Campus 103.7, jiġifieri nhar il-25 ta’ Ottubru 2024. Diġà daqqejtilkom is-silta Swamp Thing fl-ewwel parti tal-edizzjoni tal-ġimgħa l-oħra, u allura llum se nisimgħu siltiet l-oħra minn dan l-EP:

    • Cheeki Breeki
    • Big Machine
    • Galactose Intolerant
    • Praxis

    Andre Camilleri - Nowhere album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Nowhere ta’ Andre Camilleri. Dan il-kantawtur Malti-Awstraljan spiss nisimgħu mingħandu għax huwa prolifiku ferm. Matul din is-sena biss, huwa diġà ħareġ ħames albums. Dan Nowhere huwa l-aktar wieħed riċenti u għalkemm għadu ma ħabbar xejn aktar s’issa, jaf anke ma jkunx l-aħħar wieħed għal din is-sena. Nowhere ħareġ fis-7 ta’ Settembru 2024 u għalkemm minnu għażilt li ndoqq dawn illum:

    • Nowhere
    • Endless Night
    • Can’t Help It If I Tried
    • Keep On Searching

    > Isma’ l-album Nowhere ta’ Andre Camilleri fuq Spotify

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 690

    Mużika Mod Ieħor – 690

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-690 edizzjoni li huwa t-tielet programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Berne Lost My Skin
    • Fake Ophelia Paint Sniffing Survivors
    • Joon Orqod (That BB Remix)
    • Chess GaleaBoogeyman
    • Storace We All Need the Money
    • FerretSwamp Thing (minn For the Love of Pizza EP)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: X’qed tagħmel Alexandra Alden? Kultant il-kurżità tkun waħda ordinarja tant li kważi stramba, jew eċċentrika. Bis-saħħa ta’ dak li għamlet f’Malta bl-X-Factor Alex Alden fuq perjodu ta’ żmien relattivament twil, ħafna nies jafu biha, jew tal-anqas jafu isimha. Imma kemm nies iseġwu x’qed tagħmel fl-Olanda, l-pajjiż li għażlet li tgħix fih meta telqet minn Malta xi ftit tas-snin ilu? Kultant żmien toħroġ xi diski, u għal dawk kurjużi bħali, minn żmien għal żmien tqarbinna ukoll b’recordings live li tkun għamlet. Illum għandna siltiet minn wieħed li għamlet fl-2023 u ħarġet fuq YouTube matul is-sajf ta’ din is-sena. Fih interpretat diversi kanżunetti li nafu mir-recordings tagħha, flimkien ma’ Jurriaan De Kok fuq il-kuntrabaxx, fil-Boijmans Depot ta’ Rotterdam, l-Olanda:

    Chasing Pandora - The Weight Of It All album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa The Weight of it All ta’ Chasing Pandora. Dan l-album ilna nistennewh diversi ġimgħat, biex ma ngħidx xhur. Dan anke minħabba li nħarġu żewġ siltiet minnu bħala singles, u waħda minnhom se nisimgħuha propju fl-egħluq tal-programm illum. Personalment, ngħid id-dritt li qatt ma stennejt li kien ser ikollna recordings ġodda ta’ Chasing Pandora sa ftit ilu, wisq anqas album sħiħ. Dan l-album nħareġ fis-5 ta’ Ottubru 2024 u minu jien għażilt li ndoqq dawn illum:

    • The Weight of It All
    • Little By Little
    • Pass You By
    • Teatime

    > Isma’ l-album The Weight of It All ta’ Chasing Pandora fuq Spotify

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 689

    Mużika Mod Ieħor – 689

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-689 edizzjoni li huwa t-tieni programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • 1905 Fil-Ħolm
    • Storace Rock This City
    • Damaged & Co. Reflections
    • Nicole Frendo x Matt BlxckRed Light
    • Sarah Bonnici Love You Like That
    • Geo DebonoTimeless Romance
    • Tom Caruana feat. yU & Amy Turk Fun
    • DJ Mac & D LegacyMy Song

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: X’kien Peach Talk? Minn żmien għal żmien jitfaċċaw ismijiet fuq ix-xena mużikali li jidhru ftit (u kultant ħafna) għal żmien qasir, u wara ftit xhur ftit li xejn tisma’ aktar dwarhom. L-agħar huwa meta anqas issib wisq dwarhom online, avolja suppost li kienu xi ħaġa li ġibdet l-attenzjoni ta’ massess ta’ nies. Hekk inħoss li hu (jew kien) il-każ t’a Peach Talk. Trio li donnu ngħaqad barra minn Malta, possibilment fl-Ingilterra, ħareġ EP (fit-8 ta’ Marzu 2024) li minnu qed nisimgħu xi siltiet illum, kellu jdoqq waqt l-Earth Garden tal-2024 (imma d-dettalji dwaru tneħħew minn fuq il-website!) u ftit li xejn aktar minn hekk. Li naf biss aktar huwa li l-membri kienu Zack Walters u S-il (li naħseb li wieħed minnhom biss huwa Malti) u l-kantanta Maltija Ella Pullicino, magħrufa aħjar bħala Ella Puci. Daqqew xi gigs fl-Offbeat u l-EP jismu Silly Boy u minnu llum qed nisimgħu dawn is-siltiet:

    • Pretend
    • Silly Biy
    • Make Me Feel

    X-Tend 1984–2024 album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa 1984–2024 tal-X-Tend. Dan l-album jiċċelebra 40 sena ta’ dan il-grupp popolari Malti permezz ta’ recordings godda ta’ uħud mill-aktar siltiet popolari tagħhom. Apparti 10 siltiet minn dan it-tip hemm ukoll 4 remixes ta’ dawk li effetivament kienu l-ewwel 4 suċċessi tagħhom fis-snin 80. L-album nħareġ fis-26 ta’ Settembru 2024 u miinu jien għażilt li ndoqq dawn illum:

    • I Can Feel
    • Midnight Sun
    • Boys of Tomorrow (The Re-Mix)
    • Big Boys Don’t Cry

    > Isma’ l-album kollu X-Tend 1984–2024 fuq Spotify

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 688

    Mużika Mod Ieħor – 688

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-688 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Rifffs Oh No
    • Chasing Pandora One-Time Story
    • Dean MuscatHeart of the Med
    • Charlie BusuttilSilly Working Mule
    • SterjoTipi Destinazzjoni
    • Esther SpiteriIn-Nar f’Għajnejja
    • Myles20XX (An Open Letter to Myself)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: X’sar mill-Offbeat Sessions? Biex nagħtu tweġiba sura għal din il-kurżità naħseb li aktar jagħmel sens li nistaqsu u naraw x’inhuma, jew aħjar x’kienu, l-Offbeat Sessions l-ewwel. Però tajjeb ngħid mill-ewwel li ma nafx għaliex wara li ħarġu ħames videos minn dawn l-hekk imsejħa Offbeat Sessions fil-bidu tas-sajf li għadda, ma kienx hemm aktar minnhom. Forsi qed nippretendi wisq jien? Il-ħames Offbeat sessions li rajna permezz ta’ YouTube u Facebook dan is-sajf li għadda kienu mingħand Djun, Karmaġenn, Sean Borg, Ella Puci, u Mariele Żammit.  Illum għażil li ndoqq dawn is-siltiet kollha bit-tama li jitfaċċaw aktar, xi darba.

    • DjunIt-Tabib ta’ Billejl
    • Karmaġenn.- Serjeta Biss
    • Sean BorgSigarett
    • Ella PuciThe Bench Song
    • Mariele ŻammitF’Nofs il-Ġardina

    Celestial Rhymes of Conviction album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Celestial Rhymes of Conviction ta’ Currant Daze. Dan l-album ħabbartulkom żewġ edizzjonijiet ilu għax ħareġ fil-5 ta’ Settemrbu 2024. Minnu diġà doqna xi siltiet u llum għażilt uħud minnhom kif ukoll oħrajn li qed nisimgħu għall-ewwel darba. Forsi bix-xieraq insemmi li fuq dan l-album jinstema’ ukoll leħni waqt wieħed mill-programmi ta’ Campus 103.7 qed inħabbar li se ndoqq diska ta’ Currant Daze.

    • Celestial Rhymes of Conviction
    • Epiphany
    • F.A.I.T.H.
    • Out of Outlaws

    > Isma’ l-album Celestial Rhymes of Conviction ta’ Current Daze fuq Spotify

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.