Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-688 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fit-tieni staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- The Rifffs – Oh No
- Chasing Pandora – One-Time Story
- Dean Muscat – Heart of the Med
- Charlie Busuttil – Silly Working Mule
- SterjoTipi – Destinazzjoni
- Esther Spiteri – In-Nar f’Għajnejja
- Myles – 20XX (An Open Letter to Myself)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’sar mill-Offbeat Sessions? Biex nagħtu tweġiba sura għal din il-kurżità naħseb li aktar jagħmel sens li nistaqsu u naraw x’inhuma, jew aħjar x’kienu, l-Offbeat Sessions l-ewwel. Però tajjeb ngħid mill-ewwel li ma nafx għaliex wara li ħarġu ħames videos minn dawn l-hekk imsejħa Offbeat Sessions fil-bidu tas-sajf li għadda, ma kienx hemm aktar minnhom. Forsi qed nippretendi wisq jien? Il-ħames Offbeat sessions li rajna permezz ta’ YouTube u Facebook dan is-sajf li għadda kienu mingħand Djun, Karmaġenn, Sean Borg, Ella Puci, u Mariele Żammit. Illum għażil li ndoqq dawn is-siltiet kollha bit-tama li jitfaċċaw aktar, xi darba.
- Djun – It-Tabib ta’ Billejl
- Karmaġenn.- Serjeta Biss
- Sean Borg – Sigarett
- Ella Puci – The Bench Song
- Mariele Żammit – F’Nofs il-Ġardina
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Celestial Rhymes of Conviction ta’ Currant Daze. Dan l-album ħabbartulkom żewġ edizzjonijiet ilu għax ħareġ fil-5 ta’ Settemrbu 2024. Minnu diġà doqna xi siltiet u llum għażilt uħud minnhom kif ukoll oħrajn li qed nisimgħu għall-ewwel darba. Forsi bix-xieraq insemmi li fuq dan l-album jinstema’ ukoll leħni waqt wieħed mill-programmi ta’ Campus 103.7 qed inħabbar li se ndoqq diska ta’ Currant Daze.
- Celestial Rhymes of Conviction
- Epiphany
- F.A.I.T.H.
- Out of Outlaws
> Isma’ l-album Celestial Rhymes of Conviction ta’ Current Daze fuq Spotify
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | Blubrry | RSS | More