Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 695

    Mużika Mod Ieħor – 695

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-695 edizzjoni li huwa t-tmien programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Daryl Jaymes Ħallini
    • Klinsmann Paper Boat
    • Melchior Sultana Nothing Like It Seems
    • OramiEmpire of Filth (minn Gargoyle)
    • Robert FarrugiaBallottra (minn Natura Maltija)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’inhu l-ħoss tal-Gardjola ta’ Vince Fabri? Il-kurżità tal-lum hija waħda li effettivament torbot ma’ EP xi ftit partikolari. Arrangamenti elettroniċi ta’ melodiji tradizzjonali, magħrufa sew f’Malta. Lil Vince Fabri kważi kulħadd jaf bih, speċjalment minħabba s-snin twal li għamel bħala direttur mużikali tal-programm popolari Xarabank fuq TVM. Ftit forsi jintebħu però, li Vince għandu wkoll xi recordings li mhux fl-istil ta’ dak li jafu l-biċċa l-kbira tan-nies li jafu min hu. U dan l-EP Gardjola huwa propju xi ħaġa minn din il-kategorija. Skont ma qalli ftit tal-ġranet ilu meta kellimtu fuq Facebook, dan huwa  “xoghol li originalment sar 2004, biex jintuza fi progett tal-media.” U baqa’ ma ntużax. Aktar kmieni din is-sena Vince Fabri ħareġ remix tieghu fuq Soundcloud. Hemm erba’ siltiet fih, u huma dawn:

    • Ballata
    • Kavallier
    • Żifna
    • Parata

    Chellcy Reitsma - Momento Mori album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Momento Mori ta’ Chellcy Reitsma. Daqqejt silta minnu fil-poddata tal-ġimgħa l-oħra biex inħabbar li ħareġ u llum qed nisimgħu aktar siltiet minnu. L-album ħareġ fl-1 ta’ Novembru 2024. Propjament huwa album doppju imma l-ewwel parti tiegħu biss inħarġet fuq il-pjattaformi diġitali. It-tieni parti ssibha fuq CD jew vinyl dirett mingħand din il-kantawtriċi Olandiża-Amerikana bbażata Malta. F’xi siltiet nisimgħu wkoll il-vuċi ta’ Julie Pomorski fl-isfond, filwaqt li l-mużika hija ta’ Alan Degabriele. Diġà kellna xi siltiet minnu waqt din is-sensiela, imma llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Boat to Nod
    • Dark Times
    • Death’s At the Door
    • The Darkness
    • Boat to Nod (remix)

    > Isma’ l-album Momento Mori ta’ Chellcy Reitsma fuq Spotify

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 694

    Mużika Mod Ieħor – 694

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-694 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The JoyGivers Għawdex Tiegħi
    • Karm Debattista mssp Held in Grace
    • Stephen Galea ft. Grace Debono The Place Where No One Cries
    • Chellcy ReitsmaPhoenix Fly (from Momento Mori)
    • Ozzy LinoHelp Me

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hi Gaby Bonello? Il-kurżità tal-lum hija waħda ġenwina. Anzi ġenwina ħafna. Irrid ngħid, jiena naf li Gaby Bonello hija kantawtriċi Maltija-Awstraljana li debuttat fix-xena bl-album tagħha Coming Home fl-2016. Naf ukoll li s-sena l-oħra ħarġet diska oħra jisimha Giving Up the Fight. Minn żmien għal żmien nara ukoll li qed tidher f’shows live ‘l hawn u ‘l hinn fl-Awstralja. Imma ftit li xejn aktar minn hekk. Dan apparti li ftit li xejn hija magħrufa f’Malta, l-aktar għax id-diski tagħha ma jindaqqu kważi qatt fuq ir-radju u hekk. Forsi dan jista’ jinbidel xi ftit mhux biss permezz ta’ dan li qed nisimgħu flimkien illum, imma wkoll jekk toħroġ aktar diski fix-xhur u s-snin li ġejjin.

    • Church Bells
    • A New Day
    • Giving Up the Fight
    • One Day at a Time

    Fake Ophelia - Till I Can Gain Control Again album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Till I Can Gain Control Again ta’ Fake Ophelia. Luke Scerri huwa l-moħħ u l-ġisem wara l-proġett Fake Ophelia li jasal għandna minn Berlin. Fl-aħħar ġimgħat diġà dewwaqna xi żewġ siltiet minn dan l-album li ħareġ fl-1 ta’ November 2024. Minn Till I can Gain Control Again  jien għażilt li ndoqq dawn illum, li jinkludu ukoll siltiet li daqqejt qabel minnu matul din is-sena:

    • Paint Sniffing Survivors
    • Natural Causes
    • New Illusion

    > Isma’ u niżżel l-album Till I Can Gain Control Again ta’ Fake Ophelia fuq Bandcamp

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 693

    Mużika Mod Ieħor – 693

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-693 edizzjoni li huwa s-sitt programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Airport Impressions Bobcat
    • Kapitlu Tlettax ft. Maria Christina Narċissista
    • Aidan Sorry
    • Eddie FrescoLoaded Gun
    • Fake OpheliaBe Still
    • Nicole Magro Love Me

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Tislima lil Terry L. Bencini (1930–2024) Bosta huwa dawk li jafu diġà li l-ġimgħa l-oħra tħabbret il-mewt ta’ Terry L. Bencini. Oħrajn, indubjament jafu li kienet kantanta u attriċi magħrufa sew fi żminijiet oħra, anke jekk ma jiftakrux lil din l-artista fl-aqwa tagħna. Però naħseb li ftit huma dawk li verament jafu x’ħoss kienet tagħmel din il-mara mimlija talenti. Mhux se noqgħod nirrepeti dak li ntqal mill-gazzetti jew li eventwalement indubjament jidher f’artiklu dwarha fuq il-Wikipedija. Għażilt li ndoqq 4 siliet mir-repertorju tagħna minn madwar 60 sena ilu biex tassew napprezzaw kemm kienet kantanta stupenda, anke jekk għexet u ħadmet fi żminijiet meta x-xena tad-divertiment, biex ma ngħidux il-kultura b’mod ġenerali, kienu ferm differenti milli huma llum.

    • L-Għada tal-Festa ma’ Vitorin
    • Madonnina Omm Ġesù
    • L-Emigrant (minn attività tal-M3P fl-2016)
    • Di Tutto Me Ne Infischio (ma’ Johnny Navarro mill-Operetta La casa innamorata)
    • Una Rosa da Vienna

    Berne - 789 album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa 789 ta’ Berne. Dan l-album ta’ dan id-duo Malti bbażat fl-Ingilterra, ħareġ fil-31 t’Ottubru 2024.  Id-duo Berne huwa magħmul minn Deborah Borg Brincat u Gianluca Pulvirenti. Lil Deb u Gian hemm minn jaf għadu jiftakarhon mill-grupp Malti Bletchley Park li kien attiv sew fix-xena lokali aktar minn 10 snin ilu. L-album jismu 789 għax dan huwa propjament in-numru ta’ speċi ta’ ħajja li ġew estinti fl-aħħar 400 sena. L-album għandu tema abjentali, u d-duo involut sew fit-tqajjim ta’ kuxjenza dwar l-ambjent b’mod ġenerali jew anke speċifiku.  Minn 789  jien għażilt li ndoqq dawn illum, li jinkludu ukoll siltiet li daqqejt qabel mingħandhom matul din is-sena:

    • Lost My Skin
    • Waves
    • Lunar Spectacle

    > Isma’ l-album 789 ta’ Berne fuq Spotify

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 692

    Mużika Mod Ieħor – 692

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-692 edizzjoni li huwa l-ħames programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Violent Violets 2y (minn Tame Remix ta’ That bb)
    • Patryk Cutajar Burnt Endz
    • Andre Camilleri This World Will Break Your Heart
    • Fake OpheliaSpanish Drifter
    • Cora Love Me

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Kont taf li Kewn Records jinstabu fuq il-Wikipedija? Minn żmien għal żmien nitkellem dwar it-tikketti tad-diski Maltin, sew waqt MMI kif ukoll f’okkazzjonijiet oħra. U jidher li dawk l-okkazzjonijiet oħra issa jinkludu wkoll il-Wikipedija. Fl-aħħar jiem kont involut fil-ħolqien t’artiklu dwar il-Kewn Records. Issa l-biċċa hi li jiena anqas jien ċert 100% kif suppost tippronunzja Kewn, u naħseb li dak parti mill-iskop wara dan l-isem. Nick Morales, James Vella u Nicholas Bonello huwa l-persuni involuti direttament fit-tħaddim ta’ din it-tikketta li ilha għaddejja sa mill-2017 meta ħarġu casette b’għazla ta’ siltiet minn artisti Maltin li eventwalment ma nistgħux ngħidu li kollha komplew jaħdmu ma’ din it-tikketta; il-cassette kien jismu Being In Space and Time. Fost dawk li ħadmu sew mal-Kewn Records hemm BILA, the Areola Treat u Krishna. Oħrajn assoċjalti sew magħhom jinkludu 400PPM, Dalam u 5 Years from Now. Interessanti ukoll il-ħruġ mill-ġdid ta’ album u EP li oriġinarjament ħarġu biss fuq CD minn Dolls for Idols u Massacare House Party. L-album favorit tiegħi minn din it-tikketta tad-diski indubjament huwa Saru l-Qamar ta’ A Lily.  Illum għażilt li ndoqq dawn mingħand Kewn Records

    • Ferret Praxis
    • The Areola TreatInto My Shadow
    • Dolls for IdolsRave ‘n Roll
    • A LilyĦajti Kollha, Qalbi

    Carlo Muscat - The Body Is Only Light album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa The Body Is Only Light ta’ Carlo Muscat. Dan huwa s-seba’ album tas-sassofonist Malti Carlo Muscat. Beda bħala proġett mużikali f’Kyiv meta l-Ukrajna kienet invaduta mir-Russja. Muscat kien diġà familjari ma’ dik il-belt għal xi snin u allura kien kważi naturali li l-affarijiet żviluppaw hekk għal dan l-album. Minkejja l-gwerra, dan il-mużiċist Malti issa huwa bbażat f’Kyiv.  Il-ħoss tas-sassofonu ta’ Carlo Muscat jispikka sew f’dan l-album, b’mod partikolari għax fil-biċċa l-kbira tas-siltiet miktuba minnu stess huwa akkumpanjat biss mid-drums (Dmytro Lytvynenko) u kuntrabaxx (Kostiantyn Ionenko). L-album ħareġ fil-25 ta’ Ottubru 2024 fuq it-tikketta tad-diski Amerikana Ears and Eyes Records. Minnu jien għażilt li ndoqq dawn illum:

    • Totoro
    • Holier
    • Lisovyk

    > Isma’ u/jew niżżel l-album The Body Is Only Light ta’ Carlo Muscat fuq Bandcamp

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.