Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 786

    Mużika Mod Ieħor – 786

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-786 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fid-disa’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Claire Cordina – Sunflowers
    • Ryan Paul – Climax
    • Karm Debattista mssp – Imbierek Int
    • DJ Nico Tean – Broken Paradise: A Song for Malta

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Ghost ta’ Capitol K.

    Is-sena l-oħra, eżattament fit-28 ta’ Awissu 2025, Capitol K daqq dak li eżatt sena wara ħareġ fuq Bandcamp bħala r-recording bl-isem ta’ Ghost. Dan recording atmosperiku ħafna u  l-mużika hija ambjentali ħafna. Fil-ġranet li għaddew, eżatt fil-lejl li ħafna minn Għawdex kien bla dawl, dan ix-xogħol ta’ Capitol K verament huwa f’postu.  U għal min ma jafx, Capitol K huwa Kristian Craig Robinson, mużiċist imwieled Malta,. imrobbi Dubai, il-Brunei u l-Ingilterra, u issa bbażat f’Londra, anke jekk ir-rabta tiegħu ma’ Malta għada b’saħħitha ħafna.

    > Isma’ jew niżżel Ghost ta’ Capitol K fuq Bandcamp

    K.A.R.R and JJ Mist - Runaway Heart cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Runaway Heart ta’ K.A.R.R and JJ Mist. Propjament dan huwa EP li fih sitt siliet, imma faċli ngħidu li huwa tal-anqas mini album. Ħareġ fit-28 ta’ Awwissu 2026, iżda t-title track, jew tal-anqas verżjoni tagħha, ltqajna magħha diġà f’Mejju tas-sena l-oħra. Għalkemm jaf hemm nies oħra involuti fil-produzzjoni ta’ dan l-album, ix-xogħol prinċipali huwa f’idejn il-mużiċist Kurt Aquilina u l-kantanta Jessica Emily Eden.  Illum minn dan il-mini album għażilt dawn:

    • Runaway Heart
    • Are You Out There
    • I Can See

    > Isma jew niżżel l-album kollu Runaway Heart  ta’ K.A.R.R and JJ Mist fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 785

    Mużika Mod Ieħor – 785

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-785 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fid-disa’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Mia Lanzon – Forever More
    • Aidan – Dolce Vita
    • Andre Camilleri – Hell Ain’t Far Enough For Me
    • Chess Galea – A Diva and a Problem
    • Paul Giordimaina u Qalb – Għalxejn (ta’ Lino Cauchi 1949–2026)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Miġja ta’ Moħħ Miġnun ta’ Saħħar bħala audiobook.

    Fit-12 ta’ Ġunju 2026, Marton Saliba magħruf aħjar bħala Saħħar ħareġ l-aktar album riċenti tiegħu bl-isem ta’ Miġja ta’ Moħħ Miġnun. Il-kunċett ta’ dan l-album huwa bbażat fuq leġġenda Maltija miktuba ftit aktar minn 100 sena ilu mill-ispizzjar Agostino Levanzin. Il-ġrajja tas-Saħħar Falzun hija ibażata fuq ġrajjiet li jingħad li seħħew tassew fis-seklu 16.  Il-mużika li issa drajna sew mingħand Marton Saliba f’dawn l-aħħar 20 sena li ilu attiv fix-xena lokali, hija miktuba biex takkumpanja l-istorja u dan l-audiobook fih il-kliem li fuqhom hija bbażata l-lirika tal-kanzunetti li nisbu b’dan l-album tas-Saħħar.

    > Isma’ jew niżżel l-album Miġja ta’ Moħħ Miġnun ta’ Saħħar fuq Bandcamp

    Melchior Sultana & Janelle Pulo - Lift Off album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Lift Off ta’ Melchior Sultana u Janelle Pulo. Tkompli l-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ mużiċisti elettroniċi. Iltqajna magħhom sew individwalment kif ukoll flimkien bosta drabi matul is-snin waqt MMI. Dan l-album ħareġ fis-17 ta’ Awwissu 2026 fuq it-tikketta tad-diski tagħhom Profound Sound Music.  Illum minnu għażilt dawn:

    • Lift Off
    • Art is Life
    • Funky Cat
    • Neptune

    > Isma jew niżżel l-album kollu Lift Off  ta’ Melchior Sultana u Janelle Pulo fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 784

    Mużika Mod Ieħor – 784

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-784 edizzjoni li huwa t-tmien programm fid-disa’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Y.A.W.N. – Closer to Me
    • Mariah Gerada – Staring at You
    • Michela Agius – 272
    • Clifford Borg – Adventure Waltz
    • Ġiżimina – Il-Babaw (that bb Remix)
    • Myles feat DJ Mac –Rkant

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: X’Sar Minnu Miguel Debattista? Uħud mis-semmiegħa ta’ Mużika Mod Ieħor aktarx jiftakruh bħala parti mit-trio BNI, wieħed mil-pijunieri tal-punk bil-Malti minn madwar 27 sena ilu. Oħrajn li jsegwu x-xena lokali b’mod aktar akkanit jista’ jkun li raw l-artiklu mill-aktar informattiv li kiteb il-ħabib tagħna Noel Mifsud fuq il-website Melodija.eu fil-bidu tas-sena l-oħra. Il-ġimgħa l-oħra rċivejt messaġġ mingħandu permezz ta’ ToniSant.com fejn aġġornani naqra dwar l-avventuri mużikali tiegħu f’dawn l-aħħar 13-il sena li ilu jgħix fil-Lussemburgu. Is-siltiet fit-tieni parti ta’ MMI tal-lum huma titwila ħafifa lejn kull wieħed mill-mumenti li spikkaw l-aktar fil-ħidma mużikali tiegħu:

    • BNI – What Can I Do (live)
    • UltraNothing – Fight It Out [minn s/t EP 2024]
    • Makyō – Stoic
    • Office of Weird – You Made Me 

    > Sib il-mużika ta’ Miguel Debattista fuq Spotify bħala BNI – Office of Weird – Makyō – UltraNothing

    L-Għanja tal-Poplu 2026 album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa L-Għanja tal-Poplu 2026. Mhux qed niffoka fuq il-konkors ta’ kanzunetti b’temi soċjali organizzat mid-dilettanti tal-YTC li wasal fil-50 edizzjoni tiegħu. Illum xtaqt indoqq xi siltiet minn dan l-album mingħajr ma nikkummenta dwar wisq aktar mill-kanzunetti nfushom u l-kantanti li jinterpretawhom. Sfortunatament wisq nibża li f’dawn it-tip ta’ konkorsi jkun hemm kanzunetti li jixirqilhom ferm aktar milli jisparixxu mix-xena sempliċiment għax dehra f’xi edizzjoni ta’ xi festival f’sena partikolari. Skont jien dan jiġri anke minħabba kif l-istazzjonijiet tar-radju jittrattaw is-siltiet individwali li joħroġu minn festival bħal m’hu l-Għanja tal-Poplu.  Illum, fl-ordni li jidhru fl-album, għażilt dawn:

    • Kapitlu Tlettax u Reanue Falzon – Kukkudrilli 
    • Danica Muscat – Ġakketta Roża
    • Nicole Hammet – Mazza
    • Walter Micallef – Terfagħni
    • Cherylis – Mara
    • Lon Kirkop u Mark Cachia – Requiem Stradalis
    • Kelsey Carabott – Kristelejs

    > Isma’ l-album kollu L-Għanja tal-Poplu 2025 fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 783

    Mużika Mod Ieħor – 783

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-783 edizzjoni li huwa l-seba’ programm fid-disa’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Patricia Chibuzor – Unsaid Line
    • Amped Out – Tonight
    • Miriana Conte + Mychael Bartolo Chircop – What the Helena?
    • Daniel Cauchi feat. Marija Bellia – Ħallih Iħabbat
    • Janvil – Mary
    • Robert Farrugia – Projections

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Kont taf li l-album Il-Maltija And Other Folk Tunes From Malta għadu kemm reġa’ nħareġ? Fl-1974 it-tikketta tad-diski Maltija Circle ħarġet l-ewwel LP tagħha.  Kien dan Il-Maltija And Other Folk Tunes From Malta, u t-tikketta kienet tal-ħanut tad-diski Brizzi, li m’għadux jeżisti, u ilu li għalaq bosta snin. Issa fis-sajf tal-2026, dan l-album inħareġ mill-ġdid fuq it-tikketta tad-diski ta’ Anthony D’Amato. Il-kitarrist Tony Pace huwa l-kitarrist prinċipali assoċjat ma’ dan l-album imma hemm ukoll mużiċisti oħra li jispikkaw fih, fosthom Joe Demicoli (le mhux dak!) fuq l-accordian, Tony Zammit bil-mandolina, id-daqqaq tal-prejjem tal-għana huma minn Ġanni Borg iċ-Ċaċċi, u hekk ukoll Vanni Pulè. Dan huwa tassew wieħed mill-albums popolari klassiċi Maltin. Minnu llum qed nisimgħu dawn is-siltiet:

    • Il-Maltija
    • Għawdex
    • In-Nissieġa
    • Spirtu Pront
    • Bikja
    • Kemm Hi Kbira L-Festa Tagħna

    > Isma’ l-album kollu Il-Maltija And Other Folk Tunes From Malta fuq YouTube.

    MSO - Monte Loco Rides Again album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Monte Loco Rides Again tal-Melbourne Ska Orchestra. Dan l-album il-ġdid tal-Melbourne Ska Orkestra huwa verzjoni live tal-album The Ballad Of Monte Loco li ħarġu s-sena l-oħra. L-album oriġinali kien l-album tal-ġurnata meta ħareġ is-sena l-oħra u minnu llum qed ninkludi diversi siltiet issa fil-verżjoni live.  Però f’dan l-album hemm ukoll xi siltiet ġodda tal-Melbourne Ska Orchestra, u allura qed indoqqhom minnhom ukoll:

    • Lygon Street Meltdown (live)
    • John Wayne (live)
    • Walls of Jerico (live)
    • Climb Up the Mountain
    • All Day Long

    > Isma’ jew niżżel l-album kollu Monte Loco Rides Again tal-Melbourne Ska Orchestra fuq Soundcloud.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.