Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 711

    Mużika Mod Ieħor – 711

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-711-il edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Myles Lil Din l-Art Ħelwa (acoustic)
    • Skald Xatbet il-Bieb
    • Mariele Zammit  Babaw
    • Manwel TZulu Drum
    • Owen LeuellenCatch a Plane
    • Luke ChappellTurn on the Light

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    PARTI 2:  Min hu Tim Briffa? Ftit tal-ġranet ilu rċivejt messaġġ fuq Facebook mingħand Tim Briffa dwar xi ħaġa li kellha x’taqsam mal-Beatles u Philip Pace. Lil Tim kont naf bih matul is-snin permezz ta’ sieħbi Michael Bugeja. Huwa l-kantant u kitarrist tal-grupp Ingliż My Drug Hell. Għalkemm ilhom jirrekordjaw madwar 25 sena, qatt ma daqqejt xi ħaġa tagħhom waqt Mużika Mod Ieħor qabel illum. Xejn xejn, allura, issa wasal il-waqt li nindirizzawha din ukoll. Illum qed indoqq dawn is-siltiet ta’ Tim Briffa ma’ My Drug Hell:

    • You Were Right, I Was Wrong
    • Walk Tall (minn The Dregs of My Drug Hell – 2020)
    • Nightgames

    Aktar mingħand Tim Briffa u My Drug Hell fuq YouTube

    Contemporary-Colours-Vol2 - Malta Philharmonic OrchestraPARTI 3: L-album tal-lum Contemporary Colours Vol 2: New Music by Maltese Composers tal-Malta Philharmonic Orchestra. Dan huwa t-tieni volum ta’ xogħolijiet ġodda minn kompożituri Maltin esegwiti mill-orkestra nazzjonali. Ħmistax ilu daqqejtilkom xi siltiet mill-ewwel volum, li kien ħareġ fl-2020. Dan it-tieni volum ħareġ ftit tal-ġimgħat ilu, eżattament fit-8 ta’ Novembru 2024 fuq it-tikketta tad-diski Navona. Fih insibu kompożizzjonijiet ta’ Kris Spiteri, Stephen-Joseph Psaila, Albert Pace, Kristian Schembri,  Joseph Sammut, Ruben Zahra u Reuben Pace. Għal dan l-album, l-orkesta filarmonika ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast Miran Vouptic. Minnu llum għażilt dawn jien:

    • Longing (Kris Spiteri)
    • Adagio No.2 Op.40 (Joseph Sammut)
    • The Forbidden IV (Ruben Zahra)
    • Waiting for Godot (Reuben Pace)

    > Isma’ l-album Contemporary Colours Vol 2 tal-Malta Philharmonic Orchestra kollu fuq Spotify

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 710

    Mużika Mod Ieħor – 710

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-710 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Jay Zinga + Bee – Cookin’ It Up
    • Klikka Żmien Ieħor
    • ONE11  Xemx Tiela’
    • OrfewMarilyn
    • Martina CutajarUn Giorno

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    PARTI 2:  X’sar minnu Daniel Sant? Daniel Sant mhux xi isem ġdid għal Mużika Mod Ieħor.  Anke meta konna nagħmlu Mużika 21 ġieli daqqejna l-mużika tiegħu. Irrid ngħid, mhux qed nistaqsi x’sar minnu għax sparixxa kompletament mix-xena, imma fis-sena ta’ x’qed jagħmel bħalissa. Kultant jitfaċċa xi recording tiegħu, mod partikolari fuq YouTube u riċentament ħareġ video tiegħu live mal-kwartett tiegħu f’Riga, l-Latvja, irrekordjata fit-18 ta’ Jannar 2025 fiċ-ċentru kulturali M/Darbnica.

    • Embraceable You
    • And As We Grow

    Ara aktar mingħand Daniel Sant fuq YouTube

    Andre Camilleri - Hank RulesPARTI 3: L-album tal-lum Hank Rules ta’ Andre Camilleri. Dan huwa l-ewwel album ta’ din is-sena mingħand dan il-kantawtur Malti-Awstraljan mill-aktar prolifiku. Huwa t-tip t’album differenti mill-biċċa l-kbira li ħareġ fl-aħħar snin fis-sens li huwa album ta’ kanzunetti ta’ xi ħadd ieħor, u kollha tal-istess persuna: Hank Williams. Dak il-kantawtur Amerikan famuż huwa indubjament wieħed mill-idoli ta’ Camilleri u allura dan l-album jinħass mill-aktar naturali fil-katalgu tiegħu. Għalkemm il-kanzunetti ta’ Williams huwa indubjament il-kanzunetti ta’ Williams, f’dan l-album għandhom arrangamenti li tipikament tistenna mingħand Camilleri. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet jien illum:

    • Jambalaya
    • I’m So Lonesome I Could Cry
    • Cold Cold Heart
    • Alone and Forsaken
    • Cheating Heart

    > Isma’ jew niżżel l-album Hank Rules ta’ Andre Camilleri kollu fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 709

    Mużika Mod Ieħor – 709

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-709 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kapitlu Tlettax ft. Liston Tibqax tgħix fil-Passat
    • David Schembri Għidli Int Ja Mara
    • Banjo Lucia  Cartwheel
    • Owen Jay + Melchior SultanaA Mild Winter (Urulu Remix)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    PARTI 2:  X’inhu Alias 1? Il-mistoqsija setgħet mill-ġdid kienet faċilment minn hu jew min hi Alias 1. Ngħidilkom mill-ewwel li Alias 1 huwa l-isem li jirrekordja bih Aidan Somers. Is-sena l-oħra ħareġ żewġ EPs, u naħseb li kieku ħariġhom bħala album wieħed aktarx li kien jispiċċa fit-tielet parti ta’ xi edizzjoni jew oħra ta’ MMI. L-EPs huma ARP li ħareġ f’April 2024 u Micro Voc li ħareġ f’Mejju. Minn ARP  illum għażilt li ndoqq dawn:

    • ARP 13
    • ARP 46
    • ARP 914

    Isma’ aktar mużika ta’ Alias 1 fuq Bandcamp

    MPO-Contemporary-Colours album cover artPARTI 3: L-album tal-lum Contemporary Colours: New Music by Maltese Composers tal-Malta Philharmonic Orchestra. Dan l-album ħareġ fl-20 ta’ Novembru 2020. Għażilt li ninkludih illum għax madwar 3 xhur ilu, ħarġet it-tieni volum ta’ xogħolijiet ġodda minn kompożituri Maltin, u ħassejt li bix-xieraq nisimgħu xi siltiet minn l-ewwel volum qabel nsploraw is-siltiet li fih l-album il-ġdid. Ir-recordings tal-2020 jinkludu kompożizzjonijiet ta’ Euchar Gravina, Mariella Cassar-Cordina, Cristopher Muscat, Véronique Vella, Alex Vella Gregory and Xamm (Scent) by Albert Garzia. Għal dan l-album l-orkesta filarmonika ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast Sergey Smbatyan. Ir-recording sar fis-Sala Robert Samut tal-Furjana, u nħareġ mit-tikketta tad-diski Navona. Minnu llum għażilt dawn jien:

    • Fine Line (Véronique Vella)
    • Riħ / Wind (Alex Vella Gregory)
    • Xamm / Scent (Albert Garzia)

    > Isma’ l-album Contemporary Colours kollu fuq Spotify

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 708

    Mużika Mod Ieħor – 708

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-708 edizzjoni li huwa t-tmien programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kayati Happier
    • Martina Fenech Don’t Slip Away
    • Child  Qalbi  (minn Dyż-location)
    • That bbKeep On Running
    • Notes to AddySparks

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    SU-NICHEL-Album-cover-
    PARTI 2:  X’inhu Su Nichel? Il-mistoqsija setgħet kienet faċilment minn hu jew min hi Su Nichel, iżda tajjeb ngħid mill-ewwel li Su Nichel huwa grupp. Grupp mużikali b’membri minn diversi pajjiżi li jinkludi l-bassista Malti Dean Montanaro. Lil Dean riċentament smajna ħafna mingħandu premezz ta’ grupp ieħor li jdoqq miegħu, bl-isem ta’ Antares Flare. Mingħand Su Nichel għandna EP jew album, skont kif tħares lejh, li jimsu Deeds of a Rascal. Dan jinkludi żewġ kompozzjonijiet ta’ Dean. Waħda minnhom jisimha Andea Carta li huwa sempliċiment isem wieħed mill-mużiċisti l-oħra f’dan il-grupp. Hemm anke website dwarhom u allura tistgħu tmorru fuqha, jekk tridu tafu aktar. Minn Deeds of a Rascal għażilt li ndoqq dawn ta’ Su Nichel illum:

    • Andrea Carta
    • Return of a King
    • Winners and Finders

    Isma’ aktar mużika ta’ Su Nichel fuq Bandcamp

    PARTI 3: L-album tal-lum mhux eżatt album, imma ġabra ta’ kunzunetti li faċilment setgħu kienu album tal-Malta Eurovision Song Contest 2025. Aktar milli nikkummenta dwar il-Malta Eurovision veru u propju, illum għażilt numru żgħir ta’ siltiet minnu li naħseb li xorta kienu jsibu posthom waqt xi edizzjoni ta’ Mużika Mod Ieħor kieku ma kienux parti mill-konkors ta’ kanzunetti għall-Eurovision. Ma nafx għaliex hemm biss playlists fuq YouTube u Spotify bil-kanzunetti kollha tal-Malta Eurovision Song Contest 2025 u mhux album propja fuq dawn l-istess pjattaformi, jekk mhux oħrajn ukoll. Irrid ngħid, naf għaliex, hija sempliċiment nuqqas ta’ viżżjoni mill-produtturi. Qed ngħid ma nafx għaliex f’sens retorik, għax tassew pass naturali u normali li kieku kellu jinħareġ album b’dawn is-siltiet fih. Insomma, minnu għażilt dawn jien:

    • KanteraLalaratatakeke Lalaratakabum
    • Mark Anthony BartoloHideaway
    • Dario Bezzina feat. Żeppi l-MuniGħażliet
    • Miguel BonelloBreak the Cycle
    • Martina BorgYo Listen

    > Isma’ l-kanzunetti kollha tal-Malta Eurovision Song Contest 2025 fuq Spotify

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.