Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 719

    Mużika Mod Ieħor – 719

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-719-il edizzjoni li huwa s-sitt programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Dario Genovese Two
    • BardFarfett Blu
    • The Travellers Dawn il-Widien
    • Divine SinnersSo What
    • Antares Flare feat. Gita BuhariI’ll Be Your Friend

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’sar minnha Bunny Holiday? Mhux ċert jekk din il-mistoqsija kellix tkun min hi Bunny Holiday?” minflok. Iltqajt ma’ dan l-isem għall-ewwel darba xi sentejn tlieta ilu permezz ta’ sieħbi Michael Bugeja meta deheret f’xi gig hawn Malta. Bunny Holiday hija Kanadiża ta’ dixxendenza Maltija. Dinsinjatriċi tal-moda li ħadmet ma’ personalitajiet magħrufa bħal Beyoncé u Paris Hilton. F’Malta, kellha wkoll xi konnessjonijiet max-xena LGBT, b’mod partikolari waqt il-EuroPride ta’ xi sentejn ilu li sar f’Malta. Apparti hekk, ftit li xejn naf aktar, ħlief li għandha ukoll xi recordings ġodda mill-ewwel darba li kont smajt biha ‘l hawn. Illum qed indoqq dawn mir-repertorju ta’ Bunny Holiday…

    • Tender Young Flesh
    • Soul Shine Star Love
    • Playboy 

    Isma’ aktar mingħand Bunny Holiday fuq Soundcloud

     

    Faddi - Midnight Pill album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Midnight Pill ta’ Faddi. Dan l-album ħareġ fil-21 ta’ Marzu 2025 fuq it-tikketta tad-diski Khoros Records ta’ Newcastle fl-Ingilterra. Faddi huwa l-isem li qed jirrekordja biha issa Darren Borg li ilu attiv fix-xena tal-mużika elettronika għal dawn l-aħħar kważi 30 sena. Illum, minn dan l-album ta’ Faddi qed nisimgħu dawn:

    • Midnight Pill
    • Ordinary Wave
    • Void
    • Voices of Valhala

    > Isma’ l-album Evil Gnome of Doom Vol.3 ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 718

    Mużika Mod Ieħor – 718

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-718-il edizzjoni li huwa l-ħames programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Alexandra Alden Magnolia
    • Dean Muscat My Muse is Gone
    • Andre CamilleriMake America Great Again?
    • Myles feat. Funky Money + DJ MacIssir Sinjur

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’inhu l-Confessional ta’ Tara Formosa? Għadu kemm ħareġ EP tal-kantawtriċi Maltija-Awstraljana Tara Formosa. Kellna kanzunetta jew tnejn oħra tagħha qabel f’din is-sensiela ta’ poddati, jew tal-anqas waqt Mużika 21 fuq Campus 103.7. Issa għandna dan l-EP u illum qed indoqq it-3 siltiet prinċipali minnu…

    • Confessional
    • Greedy for Your Eyes
    • Me, Myself and I
    • Confessional (Extended Version)

    Isma’ l-EP Confessional ta’ Tara Formosa fuq Spotify.

    Andre Camilleri - Evil Gnome of Doom Volume 3 album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Evil Gnome of Doom Vol.3 ta’ Andre Camilleri. Dan huwa t-tielet album tal-kantawtur Malti-Awstraljan Andre CamilleriIl din is-sena, wara Evil Gnome of Doom Vol.2 u Hank Rules. Huwa ukoll it-tielet album fis-sensiela ta’ arranġamenti ġodda, u xi ftit aktar raffi, ta’ uħud mill-bosta kanzunetti li ħareġ matul is-snin. Illum, minn dan l-album il-ġdid, nisimgħu dawn:

    • Tumbleweed
    • Fever is Rising
    • The Devil Knows My Name
    • Crazy Nights
    • Creature of the Night

    > Isma’ l-album Evil Gnome of Doom Vol.3 ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 717

    Mużika Mod Ieħor – 717

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-717-il edizzjoni li huwa r-raba’ programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Stephanie Sant Ikaru
    • Aicha Xixa Illejla
    • Andre CamilleriNo Tears Left to Cry
    • Chess GaleaFalling Knives
    • Devil’s Breath – Nyau Initiation

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Min hu SWAN? Nista’ ngħidilkom mill-ewwel li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija sempliċiment: m’għandix idea. Sirt naf bil-mużika ta’ SWAN permezz tal-klassifika tal-Aqwa 10 f’Malta ta’ Jake Cuschieri fuq il-Bay 89.7 ftit tal-ġimgħat ilu, għax kienu qed idoqqu d-diska l-aktar riċenti tiegħu. Għandu diversi silitiet fuq il-pjattaformi prinċipali (Spotify, Soundcloud, YouTube u hekk) imma ftit li xejn aktar tagħrif dwaru. Illum qed indoqq dawn…

    • Makes Me Fly
    • Origins
    • Time [Extended mix]
    • Escape from You

    Isma’ l-mużika ta’ SWAN fuq Spotify.

     

    Carlene Farrugia - Melita album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Melita: Maltese Piano Music ta’ Charlene Farrugia. Il-ġimgħa l-oħra daqqejt silta minn dan l-album tal-pjanista Maltija Charlene Farrugia. Fih hemm kompożizzjonijiet għall-pjanu minn 4 kompożituri Maltin li huma Charles Camilleri, Carmelo Pace, Carlo Diacono, u Josie Mallia Pulvirenti. U allura għażilt li llum indoqq waħda minn ta’ kull kompożitur:

    • 4 Bagatelles: No 4. Vivo – Largo – Vivo (Pace)
    • African Dreams: III.Experience of Conflict (Camilleri)
    • Fantasie Impromptu (Diacono)
    • Impressione Simfonica (Mallia Pulvirenti)

    > Isma’ l-album Melita ta’ Charlene Farrugia fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 716

    Mużika Mod Ieħor – 716

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-716-il edizzjoni li huwa t-tielet programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Outbound Nothing Comes Easy
    • Rita Pace ma’ Renè Mamo Illum
    • Andre CamilleriTumbleweed (minn Evil Gnome of Doom Vol.3)
    • Kapitlu Tlettax ft. Ema Vella + ListonĦsibijiet
    • Pamela BezzinaPerfett
    • Charlene FarrugiaAfrican Dreams: I. Hymn to Morning
    • Melbourne Ska OrchestraWalls of Jerico

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    PARTI 2:  X’inhi d-differenza bejn album u EP? Din il-mistoqsija titfaċċa quddiemi regolarment kull tant żmien. Hemm diversi tweġibiet u mhux se noqgħod nidħol fihom illum.  Minflok se ndoqq xi siltiet mill-EP ġdid ta’ Fake Ophelia li jismu Rest, Sir Snock. Dan l-EP fih sitt siltiet li huma verżjonijiet irrkordjati bil-voice memo tal-mobile ta’ Luke Scerri, li huwa l-artist Malti bbażat Berlin li jirrekordja bl-isem ta’ Fake Ophelia. Dawn is-sitt siltiet huma kollha kanzunetti tal-kantawtur Amerikan Michael Hurley li miet fl-1 ta’ April 2025, fl-età ta’ 83 sena. Michael Hurley kien magħruf ukoll bħala Elwood Snock, Doc Snock, Snockman, The Snock, jew Snock. Dan allura, huwa tislima minn Fake Ophelia lil dan il-kantawtur li kellu karriera twila li bdiet fix-xena tal-mużika folk fi Greenwich Village, New York, fil-bidu tas-snin 60.

    Isma’ jew niżżel l-EP Rest, Sir Snock ta’ Fake Ophelia fuq Bandcamp.

     

    Sandro Zerafa - Mostly Slow Tunes album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Mostly Slow Tunes ta’ Sandro Zerafa. Dan huwa wieħed minn żewġ albums li ħareġ Sandro Zerafa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2025. L-ieħor jismu Limestone, u kien l-album tal-ġurnata fl-edizzjoni tal-ġimgħa l-oħra ta’ MMI. Fih Sandro Zerafa jinterpreta numru ta’ standards fuq il-kitarra waħdu Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:

    • A Fellow Needs a Girl 
    • Painted from Memory
    • I’m Getting Sentimental Over You 
    • Never Will I Marry

    > Isma’ jew niżżel l-album Mostly Slow Tunes ta’ Sandro Zerafa fuq Bandcamp .

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.