Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 723

    Mużika Mod Ieħor – 723

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-723 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • NEO-X feat. Cher Camilleri Il-Ħajja
    • Nate RopeFalling
    • Antares Flare feat. Fenne A Life You Keep Denying 
    • Colourblind – Jekyll & Hyde
    • Andre CamilleriTumbleweed (country version)
    • Lady Lizard Bloat Drone

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’ġara f’ The Garage fit-13 ta’ Mejju 2022? Għal min jaf diġà bil-post imsejjaħ The Garage, fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, allura din il-mistoqsija aktarx li hija ferm anqas misterjuża milli tista’ tkun għal ħaddieħor. Jiena ma kontx hemm, u attwalment qatt ma mort għadni f’dan il-post. Fit-13 ta’ Mejju ta’ sentejn ilu, kien hemm band Maltija bl-isem ta’ A Black White Satellite li daqqew live u issa ħarġu recording ta’ dik is-serata permezz tal-Bandcamp. U huwa propju siltiet minn dan ir-recording li qed nisimgħu llum. Ir-recording sar minn Steve Lombardo u l-mixing u mastering saru minn Sean Attard. Jien għażilt dawn is-siltiet ta’ A Black White Satellite mill-kunċert tagħhom fil-Garage ta’ Ħaż-Żebbuġ irrekordjat fit-13 ta’ Mejju 2022:

    • Intro
    • Wrong Turn
    • Void
    • Till the End

    > Isma’ jew nizzel l-album kollu Live at The Garage (13th May 2022) ta’ A Black White Satellite fuq Bandcamp

     

    Dario Genovese - Burgundy EP cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Burgundy ta’ Dario Genovese. Ħareġ fit-22 ta’ Mejju u allura mhux biss tassew riċenti imma maħruġ ukoll f’dak li s’issa kien l-aktar xahar li fih ħarġu albums u EPs Maltin għal din is-sena, tal-anqas s’issa. Minn dan l-EP diġà smajna żewġ siltiet fl-aħħar xhur. Illum għażilt li ndoqq l-erba’ siltiet li fih, anke biex is-semmiegħa jieħdu idea sew ta’ dan l-EP.

    • Find You
    • Washington Square Park
    • Two
    • Higher

    > Isma’ jew niżżel l-EP Burgundy ta’ Dario Genovese fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 722

    Mużika Mod Ieħor – 722

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-722 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Chellcy Reitsma Carpe Diem
    • Hanging by ThreadsTalking to Ghosts
    • Moira Stafrace + Avenue Sky More Than Words
    • Dario GenoveseWashington Square Park
    • BeheadedIl-Kittieb 

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Veru li ma tkont taf b’Hanging By Threads? Minn żmien għal żmien jitfaċċa xi ħadd mix-xena Maltija li niskanta li ma nkunx naf bih diġà għax ikunu attivi biżżejjed biex suppost insir naf bihom b’xi mod jew ieħor. L-aktar każ riċenti ta’ dan il-fenominu huwa dak ta’ Hanging By Threats li daqqejt l-aktar diska riċenti tagħhom — Talking to Ghosts — fl-ewwel parti tal-programm illum. Skoprejthom bis-saħħa ta’ Melodija, li hija website tassew impenjata fil-promozzjoni tax-xena mużikali Maltija, b’mod partikolari dik alternattiva. F’din il-parti llum agħżilt li ndoqq xi siltiet mill-EP No More li Hanging By Threads ħarġu aktar kmieni din is-sena. Mid-deħra l-moħħ wara Hanging by Threads huwa Chris Muscat Role’, xi ħadd li ngħid għalija qatt ma tlaqt m’ismu qabel fix-xena lokali. Mill-EP No More għażilt dawn is-siltiet illum:

    • No More
    • You Should Know
    • Strangers
    • She Might

    > Aqra aktar dwar Hanging by Threads fuq il-website ta’ Melodija

     

    Claire Cordina - Do Tree Tire of Standing Still EP cover art
    Claire Cordina – Do Tree Tire of Standing Still EP cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Do Trees Tire of Standing Still? ta’ Claire Cordina. Minn dan l-album diġà kellna żewġ siltiet fl-aħħar xhur. Waħda hija Gravity u l-oħra kienet You Want Me. Id-data tal-ħruġ uffiċjali ta’ dan l-EP, għax mhux propjament album dan, ħareġ fit-30 ta’ Mejju 2025, b’kunċert fin-97 Notes fil-Belt Valletta.  Ma’ Claire Cordina fuq dan l-EP insibu lil James Baldacchin0, li ħa ħsieb il-produzzjoni, il-kitarrist Franco Tartaglia, iċ-ċellista Lucie Kucharova, u Luke Briffa fuq id-drums. Minnu llum jiena għażilt dawn is-siltiet:

    • Do Trees Tire of Standing Still?
    • Gravity
    • You Want Me
    • Wake the Magic

    > Isma’ jew niżżel l-EP Do Trees Tire of Standing Still ta’ Claire Cordina fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 721

    Mużika Mod Ieħor – 721

              Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-721 edizzjoni li huwa t-tmien programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • K.A.R.R. feat JJ Mist Runaway Heart
    • Carlo Gerada + Kevin Paul + Matthew JamesOut of this World (Live Island Malta Season 3 Theme)
    • Lighthouse Don’t Forget Me
    • Ara Lil YoonTenth House Burning Capricorn Rising (live at Garage Pankow)
    • Mariele ZammitGħanja Birżebbuġa

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’inhuma l-aktar ħsejjes riċenti mingħand That bb? Meta kont qed nippreprepara din it-taqsima tal-programm tal-lum intbaħt li l-EP ġdid ta’ Rebecca Theuma – The Words Are Stuck in My Throat – huwa l-aktar recording riċenti tagħha li ltqajt miegħu jien. Dan l-EP inħareġ fid-29 t’April 2025 fuq it-tikketta tad-diski Skoċċiża Wrong Island li riċentament kienet stabbilita fil-Portugall. Fl-EP hemm sitt siltiet imma 3 kompożizzjonijiet ta’ That bb, għax it-3 siltiet l-oħra huma remixes ta’ tnejn mill-ewwel tlieta. “Il-producer mill-Korea ta’ Isfel Yetsuby, magħrufa l-iktar bħala nofs id-duo minimalista modern Salamada, tkompli l-atmosfera tal-ħolm ta’ I Wish I Had Something To Say But I Don’t waqt li toħodha fi sfera kompletament differenti.” Jew tal-anqas hekk hemm miktub fuq il-paġna tal-Bandcamp, bil-Malti, dwar din ir-remix.

    • AOIIOA
    • I Wish I Had Something To Say But I Don’t
    • My Heart is a Broken Arp
    • I Wish I Had Something To Say But I Don’t (Yetsuby Remix)

    > Isma’ jew niżżel l-EP The Words Are Sstuck in My Throat ta’ That bb fuq Bandcamp

     

    Dean Muscat - Lazarene album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Lazarene ta’ Dean Muscat. Dan l-album aktar li huwa aktar preċiżament ikklassifikat bħala EP għax fih biss ħames silitet. Ħareġ ftit tal-ġranet ilu, eżattament fis-16 ta’ Mejju 2025, anke jekk il-ġimgħa ta’ qabel kellna speċi ta’ single minnhu li hija My Muse is Gone, kif ukoll silta oħra bl-isem ta’ Heart of the Med diversi ġimgħat qabel.  Min ilu jsegwi MMI għal ħafna snin jaf kemm nieħu gost ninkludi materjal tal-kantawtur Dean Muscat f’din is-sensiela — anke jekk kien hemm żmien meta sparixxa kważi kompletament — u allura għalhekk illum kważi naturali li nisimgħu l-ħames siltiet kollha li hemm f’dan l-EP, anke jekk din hija l-ewwel ġabra ta’ kanzunetti tiegħu wara tant snin attiv fix-xena tal-mużika lokali:

    • Darkness
    • My Muse is Gone
    • Heart of My Med
    • Her Odyssey
    • Night’s End

    > Isma’ jew niżżel l-EP Lazarene ta’ Dean Muscat fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 720

    Mużika Mod Ieħor – 720

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-720 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Sarah Bonnici Is This How It Ends?
    • Karm Debattista msspIn the Beginning
    • Maria Bea Released
    • Chess GaleaBoogeyman
    • Ben Miller99
    • Kiita CNo Defeat

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’taħseb dwar il-Eurovision ta’ din is-sena? Din mhux kurżità tiegħi, imma naf li jista’ jkun li hija l-kurżità t’uħud mis-semmiegħa tiegħi li ma segwex dak li għedt jien f’dawn l-aħħar snin dwar il-Eurovision Song Contest. It-tweġiba sempliċi hija dak li ili ngħid għax aktar minn 30 sena: il-Eurovision Song Contest huwa spettaklu tat-television aktar milli konkors tal-kant u l-mużika. U din is-sena, l-kanzunetta minn Malta qed turi dan b’mod ftit aktar ċar minn snin oħra. Biex nimmarkaw din l-okkażżjoni qed indoqq 3 verżjonijiet tal-kanzunetta minn Malta għall-Eurovision ta’ din is-sena:

    • Mirana Conte – Serving (Live at the Museum of Archaeology)
    • Splinter Studio (David Depasquale) – Kant (metal cover)
    • Mirana Conte – Kant (verżjoni oriġinali għall-MESC 2025)

    > Darba waħda kien hemm biss il-website EurovisionMalta.com

     

    Melchior Sultana & Janelle Pulo - Slave of the Machine album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Slave of the Machine ta’ Melchior Sultana u Janelle Pulo. Dan l-album ħareġ fit-2 ta’ Mejju 2025 fuq it-tikketta tad-diski Maltija Profound Sound Music. Melchior u Janelle ikkollaboraw flimkien darbi oħra qabel dan l-album u ġieli kellna l-mużika tagħhom sew waqt MMI kif ukoll meta konna nagħmlu M21. Illum, minn dan l-album tagħhom flimkien qed nisimgħu dawn:

    • Slave of the Machine
    • Patterns
    • Ray of Light
    • Timelapse

    > Isma’ jew niżżel l-album Slave of the Machine ta’ Melchior Sultana u Janelle Pulo fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.