Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-779 edizzjoni li huwa t-tlieta programm fid-disa’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- The Busker – I Like Your Style
- Adla – Catch Feelings
- Lyndsay ma’ Cool Mike & Jaga – Beat of Love
- Megan May, Demi & Chanelle – Misbehave
- Mike Spiteri, Jasmine & Lisa Gauci – La Tinsinix
- Johann Caruana – Spirit & Truth (minn Standing On Your Promises)
- Melbourne Ska Orkestra – The Brave, The Mean and the Wild One
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min huma The Cassettes? Luke Mercieca kellu xi silta jew tnejn bħala solista ftit ilu, mhux wisq. Issa tfaċċa flimkien ma’ grupp bl-isem ta’ The Cassettes. Diġà kellna ċans nisimgħu s-silta Reggie Miller Street, li għandha wkoll video abbinat magħha, mingħandhom. Illum ħassejt li jkun xieraq nisimgħu s-siltiet l-oħra fl-EP debut tagħhom – Sergio, La Mużika – li nħareġ fis-27 ta’ Ġunju 2026:
- Reggie Miller Street
- Better Place
- I Hope You Had A Son In Me
- Sergio, La Mużika
> Isma l-EP kollu Sergio La Mużika ta’ The Cassettes fuq Spotify.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Spin-Off ta’ Eric Ace. Dan l-album ta’ Eric Ace, li huwa l-isem li uża Eric Calleja mill-grupp X-Tend f’dawn l-aħħar 41 sena, huwa l-ewwel wieħed tiegħu mingħajr il-grupp. Fih ikompli fuq l-istil elettroniku li originarjament kien popolari ferm fis-snin 80 u li issa donnu reġa’ qed igawdi riżorġiment. Madankollu, dan mhux xi album ta’ nostalġija, anzi kważi nasal ngħid li huwa wieħed futuristiku, jew li tal-anqas iħares lejn il-futur b’ċertu ottimiżmu. Biżżejjed tara l-ismijiet t’uħud mid-9 kanzunetti li hemm f’dan l-album. Minn dan l-album li ħareġ fuq Spotify fl-10 ta’ Lulju 2026 peremezz tat-tikketta tad-diski 141 Records, illum għażilt dawn:
- Intergalatic
- Don’t Just Give It Up
- If You Want Me To
> Isma’ l-album kollu Spin Off ta’ Eric Ace fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:18 — 135.9MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…