Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-761 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fis-seba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Matthew James – Too Much
- Outbound – Livin’ A Lie
- Motherknives – Brothers
- Stephen Spiteri – Persian Crossing
- Glen u Amber – Issa Naraw
- Dolphsun, Dana McKeon, José Pisa – On My Mind
- Jewel Kid – Emission
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min miet s’issa fl-2026? Forsi din istoqsija xi ftit tetra, imma min isegwi MMI regolarment jaf li regolarment insellmu lil mużiċisti u kantanti mix-xena lokali li jmutu. U din is-sena diġà ħallewna numru sew ta’ persuni li jidħlu f’din il-kategorija, imma s’issa ftit li xejn kellna referenzi għalihom. Is-sena mill-ewwel ftaħniha b’mużiċist meta ħalliena fl-età ta’ 98 sena l-perkussjonista Malti Tony Carr (ismu propja: George Caruana) li għal dawn l-aħħar sittin sena għex u ħadem fir-Renju Unit. Filwaqt li qabel tmiem l-ewwel ġimgħa ta’ din is-sena miet ukoll l-ewwel leader tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta George Spiteri, li kellu 90 sena. Ix-xahar li għadda tħabbret il-mewt ta’ Helen Micallef fl-età ta’ 75, fil-5 ta’ Frar 2026, l-istess ġurnata li fiha miet Philip Farrugia Randon. Il-qawl Malti jgħid “Frar Fawwar jimla l-bjar.” U f’dan il-kuntest fi Frar ta’ din is-sena mietu wkoll l-arpista Esmeralda Galea Camilleri fl-età ta’ 37 sena u l-kantant veteran Mario Bonnici. Qabel tmiem ix-xahar, fl-Awstralja tħabbret ukoll il-mewt ta’ mużiċist u folklorista prominenti Manuel Casha, oriġinarjament mill-Kalkara u li għex għal 81 sena.
- Helen Micallef w/Freddie Mizzi Band – Prayer to My Mother
- Esmeralda Galea Camilleri – A Time for Us
- Mario Bonnici – Mumenti Sbieħ
- Manuel Casha – Prejjem Blues
> Lista sħiħa ta’nies Maltin li mietu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ejja ta’ Clintess. Propjament dan EP jew mini-album għax fih biss sitt kanzunetti ta’ madwar 3 minuti kull waħda. Il-kanzunetti bil-Malti li fih huma dokument tassew sabiħ mingħand Clintess, li twassal stil ta’ kitba li huwa partikolari ħafna għax-xena mużikali lokali biex ma ngħidx uniku. Jiena nemmen li minn jaf japprezza dan it-tip ta’ materjal, żgur li se jsib minjiera ta’ mumenti mill-isbaħ f’din il-ġabra l-ġdida ta’ kanzunetti ta’ Clintess. L-EP ħareġ fl-20 ta’ Frar u minn għażilt dawn:
- Ejja
- Int Tħobbni Kif Jien
- Kamra Minsija
- Sforz
> Isma’ l-EP Ejja ta’ Clintess fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:17 — 135.8MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…