Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-759 edizzjoni li huwa t-tmien programm fis-seba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kapitlu Tlettax – Sakemm Ġejt Int
- The JoyGivers – Qalbi
- Jamie Cardona – Kartolina
- Miguel Samuel – Bewsa Bacio Kiss
- Tara Formosa – Monster
- From Sheep to Wolves – Hollow
- Myles –Wishing Well
- Demis – A Special Place
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’inhi din ta’ Poġġi? Lura fl-2022, meta Mużika Mod Ieħor kien għadu jixxandar taħt l-isem ta’ Mużika 21 fuq Campus FM (dak iż-żmien) konna ltqajna mad-duo Nicholas Massa u Maurovic Cachia, magħrufa aħjar bħala Poġġi. Kienu għadhom kemm nidhew l-tieni album tagħhom, bl-isem ta’ Dwal u Forom, u magħhom kienu ingħaqdu l-keyboardista Malcolm Abdilla u d-drummer Mark Zerafa. Għaddew 3 snin, u issa Poġġi jitfaċċa mill-ġdid b’din is-silta mnebbħa mill-grajjiet tas-6 ta’ Frar 2023, meta qabel sbieħ jum ġdid, intilfu 62 elf ħajja u ndarbu 107 elf oħra f’terremot li dam inqas minn minuta u nofs, fit-Turkija u s-Sirja.
- Theżżiża.
> Sib il-mużika ta’ Poġġi fuq YouTube.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Supernova ta’ Ray Agius. Propjament dan l-album ħareġ fl-2025, iżda fis-17 ta’ Jannar 2026 tfaċċa wkoll online, b’mod partikolari fuq l-iSpotify. Fih kanzunetta bil-Malti waħda, u oħra bl-Ingliż, u allura dak li sostnejt il-ġimgħa l-oħra dwar l-album Għadna Għaddejjin ta’ Peklektru għadu validu. F’dan l-album ta’ Ray Agius, li ilu jinħema madwar 50 sena, il-mużiċisti li nsibu flimkien miegħu huma Dominic Galea fuq il-pjanu, sax u flawt minn Walter Vella, il-bassista Oliver Degabriele, trumbetta u flugel horn minn Alex Bezzina, id-drummer Ġużè Camilleri, u Nadine Axisa. Minn dan l-album illum għażilt dawn:
- Supernova
- Logħba
- Higher Dimension
- Missing You
> Isma’ l-album Supernova ta’ Ray Agius fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 58:56 — 135.0MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…