IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll
L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.
Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-756 edizzjoni li huwa l-ħames programm fis-seba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Tara Formosa – Make Me Melt
- Bila – Sin Eaters
- Myles – Healing
- Malcolm Pisani – I Found You
- Ivan Grech – Show Me How To Love You
- Upper Lip – Another Kiss
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Liema kienu l-aktar videos Maltin (mhux bil-Malti) li spikkaw fl-2025? Wasalna fi tmiem is-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Il-voti jintlaqgħu sal-aħħar ta’ Jannar u fl-edizzjoni li jmiss ta’ MMI nippreżentawlkom l-għażliet tagħkom mill-kategoriji kollha li tkunu vvutajtu fuqhom. Illum fadal biss li nagħtu ħarsa lejn uħud mill-aktar videos (mhux bil-Malti) li spikkaw matul l-2025:
- Red Electric feat. Chasing Pandora – Fragile
- Chasing Pandora – Ticket to the Moon
- Bee – Two Sugars Less
- Kill the Action feat. Moira Stafrace – Falling
- Spooky Monkey – Neon Funk
- Sarah Bonnici – Is This How It Ends?
- Muxu – Honeymoon
- Aidan – Taste
- The Busker – my Oh my
- Lyndsay – Lullaby
- Megan May – Love Me
- Kayati – I Hate It
- Nick Morales – State of Mind
- Divine Sinners – So What
- A Broken Design – Sun in the Gutter
- Vinyl Paradise – Sold My Soul
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Overstimulated ta’ Miriana Conte. Għalkemm qed insejħulu album, dan jaf hemm min iqisu bħala EP, però fih 8 siltiet. Tlieta minnhom huma s-singles li ħarġet din il-kantanta popolari s-sena l-oħra – Serving Kant, i8, u Napolitana. Fih ukoll 5 siltiet ġodda, jew li tal-anqas jien ma kontx naf bihom qabel ħareġ dan l-album fis-16 ta’ Jannar 2026. U allura llum minnu għażilt dawn:
- That Kind of Man
- Freak
- Nokia
> Isma’ l-album Overstimulated ta’ Miriana Conte kollu fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:54 — 137.2MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…