Mużika Mod Ieħor – 753

IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.


Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-753 edizzjoni li huwa t-tieni programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Cher Camilleri M’hemm Għalfejn Ngħidu Xejn
  • Cyberia  – Analitika 
  • Joseph Azzopardi Kemm Nixtieq
  • Keith Anthony – No Crown in the Rain
  • Stefan Galea – Bloom
  • Forty Two Ways feat. Sdb Okojie – Ararara

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Liema kien l-aktar EPs li spikkaw fl-2025? Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra, tajjeb li nkomplu naraw il-kategoriji waħda waħda. Diġà tajna ħarsa lura lejn uħud mill-aktar videos bil-Malti u lyric videos li spikkaw matul l-2025, kif ukoll il-lista tal-albums, biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Illum imiss li nagħtu ħarsa lejn l-EPs tal-2025. Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:

  • Manwel T – Zulu Drum
  • Claire Tonna – Held
  • Claire Cordina – Do Trees Get Tired of Standing Still
  • Child – Dyż-lokazzjoni
  • Dario Genovese – Burgundy
  • Dean Muscat – Lazarene
  • Eyes to Argus – Reboot
  • Niko Jay – Ascending
  • Hanging By Threads – No More

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

Demis - Post Consolidation

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Post Consolidation ta’ Demis Fenech. Dan huwa l-ewwel album ta’ din is-sena li nafu bih. Ħareġ fit-3 ta’ Jannar 2026 u allura lħaqtu bl-eżatt biex daħal fir-recording ta’ MMI għal din il-ġimgħa. Fih 14-il silta mingħand dan il-kitarrist Malti li kellna l-opportunità nisimgħu mingħandu qabel waqt MMI. Jekk fhimt sew, se jkun qed joħroġ ukoll xi videos ma’ dawn is-siltiet fil-ġimgħat li ġejjin u allura jaf jagħti l-każ li jerġa kollna xi oħra minn dan l-album fl-ewwel parti ta’ edizzjoni futura ta’ MMI. Illum minnu għażilt dawn:

  • My Paradise
  • Moonwater
  • Glitterscape

> Isma’ l-album Post Consolidtion ta’ Demis fuq Spotify.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…