Mużika Mod Ieħor – 751

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-751 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fis-sitt staġun għar-radju. L-aħħar wieħed f’dan l-istaġun, għax bix-xieraq nistriħu ftit u f’jum il-Milied inħallu lil Campus 103.7 ixandar skeda speċjali għal dak il-jum.

PARTI 1: Diski tal-Milied li ħarġu din is-sena.

  • The JoyGivers Il-Maġija tal-Milied
  • Mark Tonna – Sentiment 
  • Il-Klikka feat. Freddie Portelli Ġej il-Milied
  • Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri – Qed Jinfirex mal-Widien
  • David Joseph SammutĦalli l-Milied
  • The Travellers – Dan Hu l-Milied
  • AmberMilied ta’ Dari

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Liema kien l-aktar lyric videos li spikkaw fl-2025? Wasalna lejn tmiem sena oħra, u allura, kif nagħmlu kull sena f’Mużika Mod Ieħor, nibdew nagħtu ħarsa lura lejn l-aktar diski u recordings oħra li spikkaw matul is-sena biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Il-votazzjoni tiftaħ hekk kif tispiċċa s-sena. Illum inkomplu billi nisimgħu siltiet minn uħud mill-aktar lyric videos li spikkaw matul l-2025:

  • Alwyn Borg MyattKelma Ħielsa
  • Renè Mamo feat. Rita PaceIllum
  • NEO-X feat. Cher CamilleriIl-Ħajja
  • HaleyRoses & Thorns
  • KayatiHappier
  • Martina Fenech –  Don’t Slip Away
  • Matthew JamesIf I Ever Lose You
  • Hanging By ThreadsThe Fall
  • TobyWhere Are You Now?
  • ScarDancing in the Sun
  • Deborah CWorkout Dance
  • Andrew ZammitWill We Survive?

> Ara l-aktar lyric videos li spikkaw matul l-2025 fuq YouTube.

Maria Cini - Ħolm tal-Milied album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Ħolm tal-Milied ta’ Maria Cini. Dan l-EP ħareġ fl-20 ta’ Diċembru 2021 u peress li dak iż-żmien ma konnix għandna nagħtu ħarsa lejn album imma konna biss indoqqu xi silta jew tnejn l-aktar minnu, ħassejt li bix-xieraq ninkludih f’din it-tielet parti llum. M’hemmx wisq x’tgħid dwaru jew dwar Maria Cini għax jekk tisma’ imqar żewġ siltiet minn dan l-EP tifhem sew x’inhu u x’kapaċi tagħmel din il-kantant u vjolinista. Minnu llum għażilt dawn:

  • O Lejl Ta’ Skiet
  • Isma’ l-Għanja tal-Milied
  • Ninni La Tibkix Iżjed
  • Qed Jinfirex mal-Widien

> Isma’ l-EP Ħolm tal-Milied ta’ Maria Cini fuq Spotify.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…