Mużika Mod Ieħor – 748

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-748 edizzjoni li huwa tmien programm fis-sitt staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Hooli feat. Patrick Gaffiero Biża
  • AidanTaste 
  • Derrik Schembri – Ir-Raġuni
  • Peach Talk – Collidescope
  • Gaia GambuzzaSugar Rush

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Min hi Kel? La qed nistaqsi din id-domanda it-tweġiba b’xi mod żgur li torbot ma’ dak li normalment nagħmlu fil-poddati ta’ MMI. Kel hija kantanta Taljana, jew biex inkunu aktar preċiżi Sqallija, ta’ dixxendenza Maltija. M’hemmx għalfejn ngħidu wisq aktar dwarha llum.  Fi ħsiebi ndoqq xi ħaġa oħra tagħha f’edizzjoni oħra ta’ MMI. Isimgħu dan is-set li rrekordjat live f’San Cataldo ma’ Roberto Macrì. Dan ħareġ ħareġ bħala video fit-18 ta’ Novembru 2025.

> Ara l-video tal-Lumia Set f’San Cataldo minn Kel fuq YouTube.

Muxu - Beautifully Lost album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Beautifully Lost ta’ Muxu. Matt Mercieca, magħruf aħjar bħala Muxu ilu ftit ma joħroġ diski ġodda tiegħu, anke jekk matul dawn l-aħħar 10 snin kien attiv ferm fix-xena mużikali bħala kittieb ta’ kanzunetti għal kantanti oħra, b’mod partikolari diversi parteċipanti Maltin tal-Eurovision. Dawn l-aħħar ħames snin kien qed jaħdmu fuq dan l-album, li huwa ukoll ktieb u audio book. Dan apparti li hemm lyric video elaborat ferm għal kull wieħed mis-siltiet li hemm fih, u dawn il-videos kollha flimkien trid madwar tlett kwarti ta’ siegħa biex tarhom kollha, l-istess ħin li jieħu l-album sħiħ mill-bidu sal-aħħar. Tajjeb ninnotaw ukoll li dan huwa l-ewwel album ta’ Muxu, avolja ħareġ ħafna kanzunetti matul il-karriera tiegħu f’dawn l-aħħar kważi 20 sena. Il-ġimgħa l-oħra daqqejt l-ewwel single maħruġa minnu, Honeymoon, wara li ħareġ l-album fit-13 ta’ Novembru 2025. Illum minn dan l-album għażilt dawn:

  • Beautifully Lost
  • Culture
  • Do It For Myself
  • Meditation

> Ara l-videos kollha tal-album Beautufully Lost ta’ Muxu fuq YouTube.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…