Mużika Mod Ieħor – 747

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-747 edizzjoni li huwa tmien programm fis-sitt staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Myles Follow
  • Alex AldenRise and Fall 
  • Different Minds – Different Minds
  • Muxu – Honeymoon

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Isma’ l-ewwel edizzjoni ta’ MMI minn 20 sena ilu. Fis-19 ta’ November 2005, eżatt bħal-lum 20 sena ilu, jiena pproduċejt l-ewwel edizzjoni tal-poddata Mużika Mod Ieħor. Kont ili għaddej bil-provi sa minn Awwissu. Daqqejtx xi ħaġa minn dawn il-provi matul is-sajf li għadda ukoll b’tifkira tal-20 anniversarju. Sa ma wasalt għall-ewwel edizzjoni kont diġà ddeċidejt li podcast bil-Malti nsejħulha poddata. Il-format kien xi ftit differenti minn kif żviluppa fis-snin ta’ wara u ċertament li differenti sew minn kif inhu issa. Xorta waħda nista’ ngħid li l-iskop kien u għadu fl-istess spirtu: li flimkien nesploraw mużika tagħna mod ieħor flimkien.

> Isma’ l-ewwel 126 edizzjoni ta’ Mużika Mod Ieħor fuq Mixcloud.

5 Years From Now - Bank Punk album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Bank Punk ta’ 5 Years From Now. Propjament dan EP aktar milli album. Fih biss seba’ siltiet relattivament qosra, u waħda minnhom hija bonus track. Għalkemm l-isem jista’ jtik l-impressjoni mod ieħor il-kanzunetti fih huma kollha bil-Malti, ħlief għall-bonus track. Xi tnejn minnhom dehru anke fil-verżjoni video fix-xhur li għaddew. L-istil huwa ndubjament wieħed punk; hemm min isejjaħlu new punk. Boqq, in-new punk xorta punk, skont jien. Bank Punk ħareġ fis-7 ta’ Novembru 2025 fuq it-tikketta Mouth of Wind Records  u minnu llum għażilt dawn:

  • Bank Punk
  • Dum
  • Jekk Taqa’ Nkompli Ntik
  • Qum Fuq Tiegħek
  • Kmand 23
  • Fetish (bonus track)

> Isma’ l-album Bank Punk ta’ 5 Years From Now fuq Spotify.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…