Mużika Mod Ieħor – 728

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-728 edizzjoni li huwa t-tieni programm fil-ħames staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Music Boy &  Victis Tempo Burning Out
  • Luke ChappellIf Ur Leavin
  • Owen LeuellenThunder
  • BeeUnlikely
  • Dizzy Goku –Letter to You

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Tiftakarhom lid-Dripht? Jew stajt staqsejt: rajthom lid-Dripht fil-festival tal-birra ta’ din is-sena? Propjament tlett kwarti mid-Dripht, għax ma’ Nick Morales, Patrick Galea, u Mike Briguglio issa hemm Kris Haze tal-Beesqueeze flok il-Fre Abdilla. Propjament biex inkunu konformi ma’ kif kienu l-affarijiet madwar 15 – 20 sena ilu meta d-Dripht kienu fl-aqwa tagħhom, issa għandhom lil Kris Zahra tal-Cable 35 magħhom flok il-Fre. Biex jimmarkaw dan ir-ritorn, apparti d-dehra live  f’Ta’ Qali (jew hemm aktar minn waħda?) id-Dripht ħarġu t-tlett EPs tagħhom minn tant snin ilu fuq Bandcamp permezz tat-tikketta tad-diski Kewn Records. U llum huwa propju minn kull wieħed minnhom li qed nisimgħu xi ħaġa.

  • Paċifista
  • Continental Dripht
  • Mark Barnsley
  • Dance Music for the 80s Depression
  • Rocking to Resist

> Isma’ jew niżżel l-EPs kollha tad-Dripht fuq il-Bandcamp

Andre Camilleri - Songs album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Songs ta’ Andre Camilleri. U fl-aħħar wasal ukoll!  Qed ngħid hekk għax dan l-album ilu li ħareġ mit-28 ta’ Mejju u daqqa għal ħaġa u oħra għal oħra ma rnexxilix nagħmlu l-album tal-ġurnata f’edizzjoni oħra ta’ MMI qabel din tal-lum. L-album huwa ieħor mill-kwantità kbira maħruġa minn dan il-kantawtur Malti-Awstraljan u ndubjament li mhux se jkun l-aħħar wieħed għal din is-sena, l-istess bħala mhux l-ewwel wieħed anqas. Minnu llum għażilt dawn:

  • Tumbleweed (country version)
  • Trouble Bound
  • It’s Almost Time
  • Only Ashes Remain
  • Still Holding On

> Isma’ jew niżżel l-album kollu Songs ta’ Andre Camilleri fuq il-Bandcamp.

 

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…