Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-105 edizzjoni li huwa l-ewwel programm programm fid-disa’ staġun.
PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar.
- Miggy – Made You Do
- Krista Šujak – Stronger
- The Busker – Thinking About You
- Das Birthday Girl – Pain and Joy
- Cherylis – Ngħożż
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Min hi Mariele Żammit? Nhar il-Ħadd 24 ta’ Settembru attendejt kunċert bħala parti minn Festalingwi fit-teatru tal-Università l-qadima fil-Belt Valletta. Diversi nies imlew is-sala bi ħġarhom biex jaraw u jisimgħu lill-grupp Malti Djun. Qabilhom, però, kien hemm madwar tlett kwarti stupendi offruti minn Mariele Żammit, akkumpanjata fuq il-pjanu minn Christian Borg. Sfortunatament ma jidhirx li jeżisti recording ta’ din is-serata, imma aħna għandna dak li huwa l-eqreb ħaġa ta’ dan: recording ta’ Mariele Żammit tinterpreta uħud mill-istess kanzunetti waqt il-festival Ritmu li sar fl-Argotti f’Ġunju li għadda. Dak in-nhar, Mariele kienet akkumpanjata fuq il-pjanu minn Joe Debono.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa wieħed doppju mingħand The Areola Treat li jismu Rabbit Hole u Alabaster Hallelujah. Fil-verità, aktar milli album doppju qisu aktar żewġ albums maħruġa fl-istess ġurnata li kienet il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru. Huma għamilu ukoll kunċert jew avveniment ta’ tnedija fit-Tigulio f’San Ġiljan l-għada. L-album huwa maħruġ fuq Kewn Records u disponibbli permezz tal-Bandcamp. Minn dawn l-albums diġà kellna diversi siltiet ippreżentati fl-aħħar xhur, però xorta waħda hemm numru sabiħ ta’ kanzunetti li ma dehru mkien qatt qabel. L-ewwel se nisimgħu xi siltiet minn Rabbit Hole u immedjatament wara oħrajn minn Alabaster Hallelujah:
minn Rabbit Hole:
- Mexico
- Tumble and Fall
minn Alabaster Hallelujah:
- Deserter
- Cherry Swing
> Isma’ jew niżżel l-albumx Rabbit Hole u Alabaster Hallelujah ta’ The Areal Treat minn fuq Bandcamp
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.