Skip to content

Mużika 21 – numru 090

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-90 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fis-seba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Brikkuni & Cher Camilleri Porporina
  • Is-SuffarinFix-xej
  • Kurt Calleja feat. Owen LeuellenX’Għamilt B’Idejja
  • DiggerThings feat. Moira StafraceSugar Pain
  • ĠennDays and Nights
  • Stephen Galea feat. Grace DebonoSecond Victory
  • Lulu’Dawn

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: GħMUżika għall-Istudju.  F’nofs diskussjoni nazzjonali dwar jekk l-istazzjonijiet tar-radju jdoqqux biżżejjed mużika minn Malta li faqqgħet fl-istess waqt li l-istudenti kienu għaddajjin bl-eżamijiet tal-aħħar tas-sena akkademika, l-Ġħaqda tal-Malti tal-Università ħarġet playlist ta’ diski Maltin fuq Spotify. It-titlu huwa l-logħba bit-tqassira għal isem l-għaqda imma laqtitni ukoll id-deskrizzjoni tal-playlist: “kanzunetti bil-Malti li għandhom iżommuk kalm waqt dan iż-żmien ta’ studju (u forsi jġegħluk tiżfen ukoll)“. Fiha aktar minn 130 kanzuntta bil-Malti minn esponenti varji. Dawn huma uħud minnhom:

> Isma’ l-lista sħiħa ta’ GħMUzika għall-Istudju fuq Spotify

Andre Camilleri - Road to Ruin cover art
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Road to Ruin ta’ Andre Camilleri. Dan l-album ħareġ fl-4 ta’ Mejju 2023 u huwa t-tielet wieħed tiegħu għal din is-sena. U ċertament mhux l-aħħar wieħed anqas għax fil-fatt diġà ħareġ ieħor.  Dwar dak nitkellmu darb’ oħra. Illum nisimgħu xi erba’ siltiet minn Road to Ruin:

  • Road to Ruin
  • Can’t Shake the Blues
  • We Could Have It All

> Isma’ jew akkwista dan l-album Road to Ruin ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...