Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-89 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fis-seba’ staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Gilbert Gauci – Broken Me
- Chris Birdd – Bestie
- The Velts – Nowhere is Everywhere (minn Past Tense)
- The Bride – Garden of Delight (Marton ‘Saħħar’ Saliba u Rita Pace)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Min huma Memphis, Mac? Riċentament waqt l-Earth Garden kien hemm diversi esponenti mużikali li jkolli ngħid li m’inix kompletament familjari magħhom. Memphis, Mac jidħlu kexxun f’din il-kategorija. Fittixt naqra biex nara min huma u sirt naf li huma 3 mużiċisti Maltin flimkien ma’ kantant u kitarrist li naħseb li huwa Ingliż. Dan il-kantant jismu Cameron Gray u l-mużiċisti Maltin huma l-kitarrist Andreas Micallef, il-bassist Luca Grima, u d-drummer Erin Portelli. Illum se nisimgħu siltiet mid-dehra tagħhom live waqt 2ube Xtra 2023 irrekordjat madwar xahar qabel ma dehru fl-Earth Garden, eżattament fl-4 ta’ Mejju 2023 fil-Paul McCartney Auditorium tal-Liverpool Institute for Performing Arts.
> Ara l-kunċert tal-Memphis, Mac f’Liverpool kollu fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Bring Back the Soul ta’ Melchoir Sultana. Dan l-album ħareġ fl-14 t’Mejju 2023 fuq id-ditta tad-diski Profound Sound Music. Fl-aħħar programm ta’ qabel dan daqqejt is-silta Keep Pushin li hija l-itwal waħda fih. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:
- Bring the Soul Back
- Analog Pad
- The Storm
> Isma’ jew akkwista dan l-album Bring the Soul Back ta’ Melchior Sultana fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…