Skip to content

Mużika 21 – numru 083

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-83 edizzjoni li huwa l-ħames programm fis-seba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • The JoyGivers Ħondoq ir-Rummien
  • Chris BirddDay One
  • Andre CamilleriAll the Animals Are My Friends
  • Dario Genovese –  Music for the Earth
  • Leonardo BarilaroZERO
  • Sound SynthesisMagical Harmonies

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Vinyl Paradise Live at Winehouse. Minn żmien għal żmien jitfaċċaw live recordings u jien ninkludihom f’din il-parti tal-programm. L-istili u l-ġeneri jvarjaw sew, u l-istess nistgħu ngħidu għall-kwalità tar-recordings. Pero kultant jitfaċċa live recording li tant ikun tajjeb li ta’ min ikun jiddeċiedi li anke joħorġu bħala album jew EP.  Hekk hu l-każ għal grupp blues Malti Vinyl Paradise, b’dawn ir-recordings li saru fil-Winehouse:

  • Another Thing Coming
  • Same Old Mistakes
  • Shoulda Known Better
  • Amsterdam
  • Seventeen Suits

> Ara lil Vinyl Paradise idoqqu live fil-Winehouse fuq YouTube

This is Aiden album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa This is Aidan ta’ Aidan Cassar. Fost l-10 siltiet li nsibu f’dan l-album hemm dawk il-kanzunetti li Aidan huwa l-aktar magħruf għalihom fl-aħħar sena jew ftit aktar. L-album inħareġ fil-31 ta’ Marzu u kont anke daqqejtilkom żewġ siltiet minnu mingħajr ma kont għadni naf li jeżisti dan l-album. Illum għażilt li ninkludi primarjament siltiet li forsi huma xi ftit anqas magħrufa jew tal-anqas dawk li qatt ma daqqejt qabel f’dan il-programm:

  • Hey Anna
  • Loving Myself
  • Strawberry
  • Sweet Talk
  • Reġina

> Isma’ jew akkwista dan l-album ta’ Aidan minn xi waħda mill-pjataformi diġitali fejn inħareġ.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...