Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-84 edizzjoni li huwa s-sitt programm fis-seba’ staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Aidan – Pupa
- Kym Pepe – Sittin Jum
- Fake Ophelia – Allerstraße, 10 (album outtake)
- Manwel T – Forever (ta’ Dasvibes)
- Miggy – Made You Do
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Min hu Chris Lanzon? Iltqajt m’ismu u mal-mużika tiegħu għall-ewwel darba permezz tal-klassifika tal-aqwa 10 diski Maltin fuq Bay Radio is-sena l-oħra. Chris Lanzon huwa Awstraljan ta’ dixxendenza Maltija. Għandu 22 sena. Jiġifieri twieled fis-Seklu 21. Huwa kiseb l-ewwel suċċessi mużikali tiegħu f’Sydney u l-Awstralja b’mod ġenerali flimkien ma’ boy band bl-isem ta’ Stereo meta kien għadu teenager. Aktar riċenti ħareġ bħala kantawtur solista u issa, fis-27 t’April 2023, għadu kemm ħareġ it-tielet EP tiegħu. Dan jismu Dark Side u minnu se nisimgħu dawn is-siltiet illum:
- Dark Side
- June
- Rollercoaster
- You’ll Find it
> Isma l-EP Dark Side ta’ Chris Lanzon fuq Spotify
PARTI 3: L-album tal-lum huwa All the Animals Are My Friends ta’ Andre Camilleri. Dan huwa t-tieni album ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan għal din is-sena. Qed nistennew tal-anqas żewġ albums oħra mingħandu din is-sena, u la joħorġu tistgħu tibqgħu ċerti li nisimgħu xi ħaġa minnhom ukoll. Għal-lum għażilt dawn is-siltiet minn dan l-album li ħareg fl-ewwel April – mhux ċajta din:
- Buckland Riot
- Truth Be Told I Don’t Give a Damn
- Never Gonna Win This Game
- Plume of Smoke
> Isma’ jew akkwista dan l-album All the Animals Are My Friends ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…