Skip to content

Mużika 21 – numru 081

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-81 edizzjoni li huwa t-tielet programm fis-seba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Ira Losco Illejla (Hey Now, verżjoni bil-Malti)
  • Ivan Grech, Peter Borg, Faculty of Social WellbeingDays of My Life
  • Apink –  Candy
  • Frank BuhagiarSunett 19.02.2012 (ta’ Dr Alfred Grech)
  • SkaldKalediskopju

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Sacred Music from the Silent City. Dan huwa kunċert li xxandar fuq l-internet mill-Katidral tal-Imdina nhar il-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri fis-7 t’April permezz ta’ Mint Media fuq Facebook. Fih insibu lil Joseph Calleja akkumpanjat mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta, immexxija mis-surmast Sergey Smbatyan. Fih jinstemgħu diversi siltiet mill-album il-ġdid ta’ Joseph Calleja Ave Maria, li huwa l-ewwel album tiegħu kollu kemm hu b’siltiet ta’ mużika sagra.

  • Jesu, Joy of Man’s Desiring (ta’ J.S. Bach)
  • Ave Maria (ta’ Andrea Boccelli) flimkien ma’ Lada Bockova
  • Pietà, Signore (ta’ Alessandro Stradella)
  • Meditazzjoni mill-opra Thais (ta’ Jules Massenet) akkumpanjat minn Carmine Lauri
  • Panis Angelicus (ta’ César Franck) b’Hugo Muscat Agius u Lada Bockova
  • Agnus Dei (ta’ George Bizet)

> Ara l-kunċert permezz tal-paġna ta’ Mint Media fuq Facebook

Festen - Replicant album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Replicant: Musical Odyssey ta’ Festen. Propjament dan mhux album minn Malta, imma ninkluduh, kif nagħmlu dejjem, minħabba l-partiċipazzjoni sħiħa tal-bassist Oliver Degabrielle bħala membru regolari tal-grupp Festen għal bosta snin.  Wara li f’edizzjoni preċedenti ta’ M21 kellna Roy’s Odyssey minnu, llum nisimgħu dawn is-siltiet:

  • Chew’s Lab
  • Off World
  • Blade Runner

> Isma’ jew akkwista dan l-album ta’ Festen.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...