Skip to content

Mużika 21 – numru 080

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-80 edizzjoni li huwa t-tieni programm fis-seba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Bruce Samut Drilly
  • Different MindsDifferent Not Less
  • Myles –  27
  • Il WalkerCivilised
  • AidanPupa + Blu
  • VineKellimni

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

Night Vision

PARTI 2 + 3: L-album doppju ta’ Sowl. L-albums doppji fix-xena tal-mużika Maltija huma rari ħafna. Il-biċċa l-kbira tal-albums doppji minn Malta jkunu minn xi festival tal-kanzunetti popolari biex jiddaħħlu aktar siltiet milli joqgħodu fuq CD waħda. Naturalment aktar tonqos il-popolarità tas-CDs bħala mezz li bih tixxerred il-mużika, l-albums doppji aktarx li jkomplu jsiru aktar rari. Għadu kemm ġie f’idejja l-album doppu ta’ Sowl li tista’ tħares lejħ ukoll bħala żewġ albums maħruġa fl-istess waqt.  Araw intom hekk kif nisimgħu diversi siltiet minnu.  Il-fatt li kull waħda mis-CDs għandha isem għaliha jżid ma’ din il-perspettiva ta’ żewġ album maħruġa f’daqqa flok album doppju veru u propju. Night Vision u Draw Your Life huma l-ismijiet taż-żewġ CDs. Sowl huwa proġett mużikali ta’ Niki Gravino bil-kliem ta’ Didier Lauterborn. Il-kliem huma poeżiji miktuba minn Didier fil-Ġappun, l-Italja, Franza u Malta.

Minn Night Vision:Draw Your Life

  • Voice of Infinity
  • Fireworks
  • Sunset Melody

Minn Draw Your Life:

  • Draw Your Life
  • Lonely Walker
  • Metamorphosis of the Cockroach

> Isma’ jew akkwista dan l-album doppu ta’ Sowl mis-sit uffiċjli tiegħu.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...