Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-75 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fis-sitt staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Claire Tonna – Never Enough
- The Areola Treat – Into My Shadow
- Overdrawn – Jumpstart My Heart
- Bahjat – Ya Habibi Janbik
- Empire of the Ants – Capitulation (Ed Blank mix)
- Carlo Muscat + Tony Tixier – The Trees of Tollygunge
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Min hu George Pollacco? Ilna ftit ma nagħżlu tema bħal din. U allura ħassejt li wasal il-waqt li niltaqgħu ma’ mużiċist Malti li tassew mhux magħruf, u hija ħasra li mhux magħruf aktar. Forsi uħud mis-semmiegħa tagħna jafu lil George Pollacco mis-snin twal ta’ ħidma tiegħu mal-istazzjon tar-radju Malti RTK. Oħrajn forsi jiftakruh fix-xena tal-mużika alternattiva, speċjalment fil-bidu tas-snin 80, meta kien ferm iżgħar milli hu llum. Jiena kelli x-xorti ndoqq miegħu madwar 35 sena ilu, flimkien ma’ xi mużiċisti oħra ħbieb tagħna, matul is-sajf tal-1988. Dan l-aħħar George Pollacco qiegħed regolment jirregala l-mużika tiegħu lill-ħbieb tiegħu fuq Facebook. U dan huwa kif jidħol fil-kuntest ta’ Mużika 21, il-ħsejjes minn Malta s-seklu 21. Ilu għaddej bihom ftit mhux ħażin issa dawn, imma llum għażilt li ndoqqilkom 3 siltiet, b’ismijiet derivati mill-mod kif ħariġhom fuq Facebook flimkien ma’ immaġni mill-kosta ta’ Tas-Sliema.
- Last Autumn
- The Storm
- Winter Walks
> Sib lil George Pollacco u l-mużika tiegħu fuq Facebook.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Famous When Dead ta’ Andre Camilleri. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan għal din is-sena, l-2023. Qed ngħid hekk għax indubjament Camilleri se jispiċċa joħroġ xi erbgħa albums oħra apparti dan, l-istess kif għamel is-sena l-oħra u fi snin riċenti. L-istill tiegħu huwa partikolari u relattivament sempliċi, b’emfasi partikolari fuq il-kliem tal-kanzunetta. U għalhekk illum għażilt li ndoqq dawn l-erbgħa:
- Cruising
- Satisfied
- Don’t Look Back
- Let It Go
> Isma’ jew niżżel l-album Famous When Dead ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…