Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-74 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fis-sitt staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Bee – Anke Jien
- Kapitlu Tlettax – Tibkix
- Digby – Ħudni Kif Trid
- Kurt Calleja + Kevin Paul – Kieku Nista’
- Alexandra Alden – Muscle and Blood
- Shaun Farrugia – Count on You (acoustic)
- Marty Rivers – I’m Available
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Diski maħruġa fuq il-Vinyl. Illum qed ninkludi żewġ diski ġodda li ħarġu fuq il-vinyl. Din jidher li hija xi ħaġa li qed terġa’ tieħu r-ruħ sew. Iż-żewġ eżempji tal-lum huma t-tnejn minn esponenti Maltin b’rabtiet ma’ ditti ta’ diski barra minn Malta. Waħda hija minn album li se jkun fit-tielet parti tal-programm xi darb’ oħra; mhux illum. Din hija t-title track Let the Music Flow ta’ Sound Synthesis maħruġa fuq it-tikketta Infiltrate mir-Renju Unit. L-oħra hija Levity Horns ta’ Manwel T fuq it-tikketta Levity minn Franza. Din maħruġ bħala 7″ single fuq vinyl blue, u qed indoqq ukoll il-B-side tagħha li hija verżjoni dub ta’ l-istess silta.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ċipress ta’ Robert Farrugia. Dan il-mużiċist mhux xi wieħed magħruf ħafna f’Malta. Forsi minħabba l-istil ta’ mużika li jipproduċi. Pero xorta waħda huwa prolifiku ferm u naħseb li jista’ jkollu ferm aktar segwaċi lejali kieku aktar nies isir jafu bih, sew f’Malta kif ukoll barra. Dan l-album ħareġ fuq Bandcamp u pjattaformi diġitali oħra fis-16 ta’ Frar 2023 hekk kif kien għaddej Sanremo fl-Italja u l-Malta Eurovision Song Contest. La għandu x’jaqsam ma’ wieħed u wisq anqas mal-ieħor. Minnu qed indoqq dawn:
- Ċipress
- Sekwenzi
- Seafoam (feat. zakè)
- Venules
> Isma’ jew niżżel l-album Ċipress ta’ Robert Farrugia fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…