Skip to content

Mużika 21 – numru 063

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-63 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fil-ħames staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Kapitlu Tlettax Mument Mudlam
  • Shaun FarrugiaDear God
  • Hearts Beating in TimeSky Turn Pink (Rebecca Theuma)
  • Sound SynthesisI Will Find You
  • The Devil Might RuseCall Me Tomorrow
  • Joe S. GrechPoeżija, Mħabba u Melodija
  • Dylan DebonoAliens (mill-album Loose Wire)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-aqwa videos tal-2022. Dalwaqt nifthu s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2022. Bi tħejjija għal dan illum nibdew nagħtu ħarsa lejn uħud mill-aħjar siltet maħruġa bħala video, f’waħda miż-żewġ kategoriji ta’ din ix-xorta. Waħda hija tal-videos bil-Malti u l-oħra ta’ videos mhux bil-Malti:

  • Bee – All You Could Say
  • Jillan Jade – Backseat
  • Bark Bark Disco – On the Dance Floor
  • Chris Lanzon – June
  • Owen Luellen feat. Gaia Cauchi – Flavor
  • Ġenn – Rohmeresse
  • Red Electric – Fix of You
  • Rheez – True Wounds
  • The Velts – Cars

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

Angela Vella Zarb - Funny Face

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Funny Face ta’ Angela Vella Zarb. Dan l-album ħareġ fl-10 ta’ November 2022 b’kunċert fir-Rusty Razor fi Strada Stretta, l-Belt Valletta. Mhux album li faċli ssibu apparti s-siltiet li ħarġu minnu fuq YouTube, però llum se ndoqq tnejn minnhom:

  • I’ll Take Romance
  • Almost Like Being in Love

> Isma’ u ara siltiet mill-album Funny Face ta’ Angela Vella Zarb fuq YouTube.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Angela Vella Zarb - Funny Face

Leave a comment...