Skip to content

Mużika 21 – numru 062

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-62 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fil-ħames staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Avenue Sky Minn Taħt l-Ilsien
  • Kantera feat. HooliBil-Kelma t-Tajba
  • Alex Alden – Love Was a Monster (demo)
  • BahjatTogether We’re Champions (Ole Ole Ole)
  • NoogMos Deadly Pt 1
  • Mizak x Amber WoodsWait for You
  • Wayne GrimaWhile My Heart Gently Weeps

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Tislima lil Carmen Tanti tal-Greenfields. Nhar il-Ħamis l-1 ta’ Diċembru tħabbret għall-għarrieda l-mewt ta’ Carmen Tant tal-Greenfields fl-età ta’ 75 sena. Ma nkunux qed naseġaraw jekk ngħidu li Carmen hija leġġenda tal-kanzunetta popolari Maltija f’dawn l-aħħar 50 sena. Flimkien mar-raġel tagħha Joe u l-ħabib tagħhom Charles Bajada, hija fformat il-grupp Greenfields fl-1970. Flimkien huma pprovdew nifs ġdid għall-kanzunetta popolari bil-Malti sa ma miet Charles Bajada fl-1990. Carmen u Joe xorta komplew bħala duo u ssuktaw jikisbu popolarità sa żmienna, mibnija fuq dawk is-suċċess bikrin tas-snin 70 u 80.  Illum se nisimgħu 3 recordings b’tifkira ta’ Carmen Tanti mis-seklu 21:

  • Ġejja d-Dagħjsa (mill-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2013)
  • Iż-Żmien Għaddej ma’ Bernie & Pod (minn Mużika Mużika tal-2021)
  • Iż-Żmien Għaddej (verżjoni ta’ Nadine Axisa)

Aktar dwar il-Greenfields fuq il-wiki tal-M3P

Andre Camilleri - Layin Low cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-aħħar wieħed għall-2022 mingħand Andre Camilleri. Dan jismu Layin’ Low u huwa t-tmien album li ħareġ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan matul din is-sena. Għalkemm diġà jinstab fuq il-Bandcamp flimkien mal-albums l-oħra tiegħu, id-data uffċjali tal-ħruġ hija fl-lejliet il-Milied. Ma nistax nimmaġina li se jirċievi wisq attenzjoni dak in-nhar, u allura ħassejt li jkun xieraq li ndoqq xi siltiet minnu llum qabel ma jien ukoll nibda dieħel fl-ispirtu festiv:

  • Layin’ Low
  • Low Down Dirty Shame
  • Here and Now
  • Nothing But the Blues

> Isma’ jew niżżel l-album Layin’ Low ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...