Skip to content

Mużika 21 – numru 049

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-49 edizzjoni li hija l-għaxar programm fir-raba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar…

Cher Camilleri  – Qatt Ma Nitilfu l-Kulur

Shirley Cachia – I Wanna Be Yours (Artic Monkeys cover)

Enya Magri – Love Me Like

Owen Leuellen Ft. Gaia Cauchi – Flavor

Fuse (feat. Chess Galea) – Rich Girl

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: L-aħħar EP fuq it-tikketta Wirebox.  Din hija tikketta tad-diski elettroniċi Maltija li kellna ċans nisimgħu materjal ieħor mill-katalgu tagħha diversi drabi matul din is-sensiela ta’ programmi. Joffru taħlita ta’ stili li fl-aħħar mill-aħħa jintrbtu flimkien b’element wieħed: mużika elettronika. L-aktar EP riċenti fuq il-Wirebox jismu outta money but not outta coffee ta’ umbromaniii jew ossija David Galea. L-EP għandu artwork ta’ wieħed miż-żewġ fundaturi ta’ Wirebox, li huwa Introworks. It-3 siltiet li hemm f’dan l-EP huma:

  • Melancholy Days
  • Selector
  • The Hospital

Isma’ jew niżżel l-EP outta money but not outta coffee ta’ umbromaniii fuq Bandcamp

Sigo - Perfect existence - album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Perfect Existence ta’ Sigo. Dan huwa album li ħareġ bħala CD fl-2002. Sigo huwa Sergio Gatt, li fis-snin 80 u 90 kien magħruf fix-xena tal-mużika alternattiva lokali mal-grupp Big Foot. Permezz ta’ dan l-album Sigo mhux biss kien ipprova jistabbilixxi ruħu bħala solist iżda ukoll kien qed jisplora b’identità ġdida li kienet xi ftiit differenti minn dik li kellu qabel mal-Big Foot. Minn dan l-album li ħareġ 20 sena ilu se nisimgħu dawn l-erbgħa siltiet:

  • Just Another Day
  • Bliss
  • I Like It
  • Find Myself

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Sigo - Perfect existence - album cover art

Leave a comment...